Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)

01-11-2017

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) huwa wieħed mill-istrumenti finanzjarji ewlenin tal-politika ta' koeżjoni tal-UE. L-għan tiegħu huwa li jgħin biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni Ewropej u li jnaqqas is-sottożvilupp tar-reġjuni li huma inqas favoriti. Tingħata attenzjoni partikolari lir-reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti, bħar-reġjuni tat-Tramuntana mbiegħda b'densità ta' popolazzjoni baxxa ħafna, u reġjuni insulari, transkonfinali u muntanjużi.