Ir-Raggruppamenti Ewropej ta' Kooperazzjoni Territorjali (REKT)

Skedi Informattivi dwar l-UE 07-12-2023

Ir-Raggruppamenti Ewropej ta' Kooperazzjoni Territorjali (REKT) twaqqfu sabiex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni transfruntiera, transnazzjonali u interreġjonali bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom. Dawn jippermettu lis-sħab jimplimentaw proġetti konġunti, jiskambjaw il-ħiliet esperti u jtejbu l-koordinazzjoni tal-ippjanar spazjali.