It-tieni pilastru tal-PAK: il-politika tal-iżvilupp rurali

01-04-2018

Bħala t-tieni pilastru tal-politika agrikola komuni (PAK), il-politika tal-iżvilupp rurali tal-UE hija maħsuba biex tappoġġa ż-żoni rurali tal-Unjoni u tegħleb il-firxa wiesgħa ta' sfidi ekonomiċi, ambjentali u soċjetali tas-seklu 21. Livell ogħla ta' flessibbiltà (b'paragun mal-ewwel pilastru) jippermetti lill-awtoritajiet reġjonali, nazzjonali u lokali li jifformulaw il-programmi individwali tagħhom ta' seba' snin għall-iżvilupp rurali bbażati fuq "menu ta' miżuri". Għall-kuntrarju tal-ewwel pilastru, li huwa kompletament iffinanzjat mill-UE, il-programmi tat-tieni pilastru huma kofinanzjati mill-fondi tal-UE u mill-fondi reġjonali jew nazzjonali.