Il-Ftehim tad-WTO dwar il-Biedja

01-04-2018

Is-sistemi ta' appoġġ domestiku fl-agrikoltura huma regolati mill-Ftehim dwar il-Biedja, li daħal fis-seħħ fl-1995 u li ġie nnegozjat waqt iċ-Ċiklu tal-Urugwaj (1986-1994). L-għan fuq żmien twil tal-Ftehim dwar il-Biedja huwa li tiġi stabbilita sistema ġusta u orjentata lejn is-suq fil-kummerċ agrikolu u biex jinbeda proċess ta' riforma permezz tan-negozjati tal-impenji dwar l-appoġġ u l-protezzjoni, u permezz tal-istabbiliment ta' regoli u dixxiplina msaħħa u operattivament iktar effettivi. L-agrikoltura hija għalhekk speċjali għax is-settur għandu l-ftehim tiegħu stess, b'dispożizzjonijiet li għandhom prevalenza.