Id-Drittijiet tal-bniedem

01-05-2018

L-Unjoni Ewropea hija impenjata biex tappoġġa lid-demokrazija u lid-drittijiet tal-bniedem fir-relazzjonijiet esterni tagħha, f'konformità mal-prinċipji fundaturi tagħha tal-libertà, id-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għal-libertajiet fundamentali u għall-istat tad-dritt. L-UE tfittex li tintegra kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet tal-bniedem fil-politiki u fil-programmi kollha tagħha, u għandha strumenti ta' politika differenti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem għal azzjonijiet speċifiċi – inkluż il-finanzjament ta' proġetti speċifiċi permezz tal-istrumenti finanzjarji tagħha.