Iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), l-Iżvizzera u t-Tramuntana

01-05-2018

Iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) ġiet stabbilita fl-1994 sabiex testendi d-dispożizzjonijiet tal-UE dwar is-suq intern tagħha għall-pajjiżi taż-Żona Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA). In-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein huma partijiet kontraenti taż-ŻEE. L-Iżvizzera hija membru tal-EFTA iżda ma tiħux sehem fiż-ŻEE. L-UE u s-sħab taż-ŻEE (in-Norveġja u l-Iżlanda) huma marbuta wkoll permezz ta' diversi "politiki tat-Tramuntana" u fora li jiffokaw fuq it-truf tat-Tramuntana tal-Ewropa, li qed jevolvu b'rata mgħaġġla, u fuq ir-reġjun Artiku kollu kemm hu.