Il-moviment liberu tal-persuni

01-03-2018

Il-libertà tal-moviment u r-residenza għall-persuni fl-UE hija l-pedament taċ-ċittadinanza tal-Unjoni, li ġiet stabbilita mit-Trattat ta' Maastricht fl-1992. It-tneħħija gradwali tal-fruntieri interni skont il-Ftehimiet ta' Schengen kienet segwita mill-adozzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri. Minkejja l-importanza ta' dan id-dritt, għad hemm ostakli sostanzjali persistenti għall-implimentazzjoni, għaxar snin wara l-iskadenza għall-implimentazzjoni tad-Direttiva.