Il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili

01-03-2018

Il-moviment transfruntier ħieles tal-prodotti, servizzi, kapital u persuni qed jiżdied b'mod kostanti. Fil-materji ċivili li għandhom implikazzjonijiet transfruntiera, l-Unjoni Ewropea qiegħda tiżviluppa kooperazzjoni ġudizzjarja li tibni rabtiet bejn l-ordinamenti ġuridiċi differenti. L-objettivi prinċipali tagħha huma ċ-ċertezza tad-dritt u l-aċċess faċli u effettiv għall-ġustizzja, li jimplikaw l-identifikazzjoni tal-ġurisdizzjoni kompetenti u l-indikazzjoni ċara tal-liġi applikabbli, kif ukoll proċeduri ta' rikonoxximent u ta' eżekuzzjoni rapidi u effikaċi.