Il-libertá tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi

01-11-2017

Il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi jiggarantixxu l-mobilità tan-negozji u tal-professjonisti fl-UE. L-aspettattivi rigward id-Direttiva dwar is-Servizzi adottata fl-2006 huma għoljin, peress li hija ta' importanza kruċjali għat-tlestija tas-suq intern. Riċerka reċenti tindika li l-valur tal-benefiċċji ġġenerati mil-leġiżlazzjoni li l-Parlament adotta fil-qasam tal-moviment ħieles tas-servizzi, inklużi l-kwalifiki professjonali u l-bejgħ bl-imnut, jammonta għal EUR 236 biljun fis-sena. Dawn il-benefiċċji se jiżdiedu wara l-2019 għal EUR 284 biljun fis-sena.