Proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali

01-02-2018

Il-proprjetà intellettwali tinkludi d-drittijiet esklużivi kollha għall-kreazzjonijiet intellettwali. Din tħaddan żewġ tipi ta' drittijiet: il-proprjetà industrijali, li tinkludi l-invenzjonijiet (privattivi), it-trademarks, id-disinni u l-mudelli industrijali, kif ukoll id-denominazzjonijiet tal-oriġini, u d-drittijiet tal-awtur, li jinkludu l-proprjetà artistika u letterarja. Mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fl-2009, l-UE ngħatat il-kompetenza espliċita għad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (l-Artikolu 118).