Il-liġi tal-kumpaniji

01-02-2018

Il-liġi Ewropea tal-kumpaniji hija kodifikata parzjalment fid-Direttiva 2017/1132 fir-rigward ta' ċerti aspetti, u l-Istati Membri għadhom japplikaw atti separati dwar il-kumpaniji, li jiġu emendati minn żmien għal żmien biex jikkonformaw mad-direttivi u r-regolamenti tal-UE. L-isforzi li għaddejjin biex jiġi stabbilit qafas modern u effiċjenti tal-liġi tal-kumpaniji u qafas ta' governanza korporattiva għall-impriżi, l-investituri u l-impjegati Ewropej għandhom l-għan li jtejbu l-ambjent tan-negozju fl-UE.