Il-kuntratti ta' akkwisti pubbliċi

01-11-2017

L-awtoritajiet pubbliċi jikkonkludu kuntratti biex jiżguraw il-forniment tax-xogħlijiet u l-għoti tas-servizzi. Dawn il-kuntratti, li jammontaw għal volum ta' kummerċ ta' EUR 2 448 biljun, jindikaw li l-akkwist pubbliku Ewropew huwa mutur ewlieni għat-tkabbir ekonomiku, għall-ħolqien tal-impjiegi u għall-innovazzjoni. Il-pakkett tal-akkwist pubbliku adottat fl-2014 mill-Parlament u mill-Kunsill iżid EUR 2.88 biljun fis-sena għall-PDG tal-UE. Barra minn hekk, id-direttivi tal-UE dwar l-akkwist pubbliku wasslu għal żieda fil-valuri ta' għotja totali minn inqas minn EUR 200 biljun għal madwar EUR 525 biljun.