Suq intern tal-enerġija

01-02-2018

Sabiex ikun armonizzat u liberalizzat is-suq intern tal-enerġija tal-UE, sa mill-1996, ġew adottati miżuri sabiex jindirizzaw l-aċċess għas-suq, it-trasparenza u r-regolamentazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-sostenn għall-interkonnessjoni u l-livelli adegwati ta' forniment. Dawn il-miżuri għandhom l-għan li jibnu suq tal-elettriku tal-UE aktar kompetittiv, iċċentrat fuq il-klijenti, flessibbli u nondiskriminatorju, bi prezzijiet ta' provvista bbażati fuq is-suq. B'hekk, il-miżuri jsaħħu u jespandu d-drittijiet tal-konsumaturi individwali u tal-komunitajiet tal-enerġija, jindirizzaw il-faqar enerġetiku, jiċċaraw ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-parteċipanti fis-suq u tar-regolaturi u jindirizzaw is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku, tal-gass u taż-żejt, kif ukoll l-iżvilupp ta' netwerks trans-Ewropej għat-trasport tal-elettriku u tal-gass.