Komunikazzjonijiet bi prezz aċċessibbli għan-negozji u l-konsumaturi

Skedi Informattivi dwar l-UE 01-02-2024

It-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICTs), kif ukoll is-servizzi tad-data, saru aktar importanti mis-servizzi tradizzjonali tat-telefonija, kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji. Biż-żieda fil-kontenut fuq talba u t-tkabbir tal-4G/5G, l-UE introduċiet qafas regolatorju tat-telekomunikazzjoni. Dan jinkludi t-tipi kollha ta’ telekomunikazzjonijiet, inkluż ix-xandir. Ir-riċerka tindika li dawn is-servizzi jikkontribwixxu EUR 86.1 biljun fis-sena għall-PDG tal-UE, u l-miżuri ġodda potenzjalment se jżidu EUR 40 biljun oħra.