Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol

01-05-2018

It-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol ilu kwistjoni ta' importanza ewlenija għall-UE mis-snin tmenin. L-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni fil-livell Ewropew stabbiliet standards minimi għall-protezzjoni tal-ħaddiema, filwaqt li ppermettiet lill-Istati Membri jżommu fis-seħħ jew jintroduċu miżuri aktar stretti. Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea saret legalment vinkolanti, u b'hekk il-politika dwar is-saħħa u s-sigurtà saret qasam saħansitra iktar importanti tal-leġiżlazzjoni tal-UE.