Effiċjenza enerġetika

01-02-2018

It-tnaqqis fil-konsum u fil-ħela tal-enerġija huwa ta' importanza dejjem ikbar għall-UE. Fl-2007 l-mexxejja tal-UE iffissaw mira għall-2020 biex il-konsum tal-enerġija annwali tal-UE jitnaqqas b'20 %. Il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika qed jiġu rikonoxxuti dejjem aktar mhux biss bħala mezz biex tinkiseb provvista enerġetika sostenibbli, jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista u titnaqqas in-nefqa tal-importazzjoni, iżda wkoll biex tkun promossa l-kompetittività tal-UE. Għaldaqstant, l-effiċjenza enerġetika hija prijorità strateġika għall-Unjoni tal-Enerġija, u l-UE tippromwovi l-prinċipju li "l-effiċjenza fl-enerġija tiġi l-ewwel". Il-qafas ta' politika futura għall-perjodu wara l-2030 qed jiġi diskuss.