Il-politika tal-enerġija: prinċipji ġenerali

01-01-2018

L-isfidi li qed tiffaċċja l-Ewropa fil-qasam tal-enerġija jinkludu kwistjonijiet bħad-dipendenza dejjem akbar fuq l-importazzjoni, id-diversifikazzjoni limitata, prezzijiet tal-enerġija għoljin u volatili, id-domanda globali għall-enerġija li dejjem qed tikber, ir-riskji ta' sigurtà li qed jaffettwaw kemm lill-pajjiżi produtturi kif ukoll lil dawk ta' tranżitu, it-theddid dejjem akbar tat-tibdil fil-klima, il-progress kajman fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija, l-isfidi taż-żieda fl-użu ta' sorsi rinnovabbli, kif ukoll il-ħtieġa ta' trasparenza akbar, iktar integrazzjoni u interkonnessjoni fis-swieq tal-enerġija. Fil-qalba tal-politika Ewropea dwar l-enerġija hemm diversi miżuri indirizzati lejn ir-realizzazzjoni ta' suq tal-enerġija integrat, is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u s-sostenibbiltà tas-settur tal-enerġija.