L-Istorja tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja

01-02-2018

L-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) hija r-riżultat ta' integrazzjoni ekonomika progressiva fl-Unjoni Ewropea. Hija espansjoni tas-suq uniku tal-Unjoni Ewropea, b'regolamenti komuni dwar il-prodotti u l-moviment liberu tal-merkanzija, il-kapital, il-ħaddiema u s-servizzi. Ġiet introdotta munita komuni, l-euro, fiż-żona tal-euro, li attwalment tinkludi 19-il Stat Membru tal-Unjoni. It-28 Stat Membru kollha – bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit u d-Danimarka – jeħtiġilhom jadottaw l-euro wara minimu ta' sentejn parteċipazzjoni fl-ERM II u wara li jkunu ssodisfaw il-kriterji ta' konverġenza. Ġiet stabbilita politika monetarja unika mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u ġiet ikkomplementata b'politiki fiskali armonizzati u politiki ekonomiċi kkoordinati. Fi ħdan l-UEM ma hemm l-ebda istituzzjoni unika responsabbli mill-politika ekonomika. Minflok, ir-responsabbiltà hija maqsuma bejn l-Istati Membri u d-diversi istituzzjonijiet tal-Unjoni.