It-tassazzjoni indiretta

01-02-2018

It-taxxi indiretti jinkludu t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u d-dazji tas-sisa fuq l-alkoħol, it-tabakk u l-enerġija. Is-sistema komuni tal-VAT hija ġeneralment applikabbli għall-merkanzija u s-servizzi mixtrija u mibjugħa għall-użu jew għall-konsum fl-UE. Id-dazji tas-sisa jiġu imposti fuq il-bejgħ jew l-użu ta' prodotti speċifiċi. L-attivitajiet leġiżlattivi tal-UE għandhom l-għan li jikkoordinaw u jarmonizzaw il-liġi tal-VAT u jarmonizzaw id-dazji fuq l-alkoħol, it-tabakk u l-enerġija bil-għan li jiżguraw il-funzjonament xieraq tas-suq intern.