Il-governanza ekonomika

01-04-2018

Il-governanza ekonomika tirreferi għas-sistema ta' istituzzjonijiet u proċeduri stabbilita biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam ekonomiku, jiġifieri l-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi għall-promozzjoni tal-progress ekonomiku u soċjali għall-UE u għaċ-ċittadini tagħha. Il-kriżi finanzjarja, fiskali u ekonomika li bdiet fl-2008 wriet li l-UE kellha bżonn mudell ta' governanza ekonomika aktar effikaċi mill-koordinazzjoni ekonomika u fiskali fis-seħħ sa dak iż-żmien. L-iżviluppi fil-qasam tal-governanza ekonomika jinkludu t-tisħiħ tal-koordinazzjoni u s-sorveljanza tal-politiki fiskali u makroekonomiċi u t-twaqqif ta' qafas għall-ġestjoni tal-kriżijiet finanzjarji.