Kif tidentifika l-aħbarijiet foloz

19-02-2019

"L-aħbarijiet foloz" u d-diżinformazzjoni – informazzjoni deliberatament manipulata bil-għan li tinganna lin-nies – saru fenomenu globali li dejjem qed isir aktar preżenti. Il-midja soċjali u l-għodod ta' personalizzazzjoni tagħhom għamluha aktar faċli biex jinxterdu stejjer foloz. Spiss jużaw l-emozzjonijiet biex jiġbdu l-attenzjoni u jiġġeneraw ikklikkjar, għal raġunijiet ekonomiċi jew ideoloġiċi. Anki ż-żgħażagħ, li huma familjari ħafna mal-użu tat-teknoloġiji diġitali, isibuha diffiċli biex jidentifikaw l-aħbarijiet manipulati. B'mod sinifikanti, sitta minn kull għaxar aħbarijiet ixxerjati permezz tal-midja soċjali lanqas biss jinqraw minn min ikun għamel "share" tagħhom. Madwar 85 % tal-Ewropej jikkunsidraw "l-aħbarijiet foloz" bħala problema f'pajjiżhom, u 83 % jikkunsidrawhom bħala problema għad-demokrazija b'mod ġenerali. Din il-boxxla se tgħinek tinnaviga fl-oċean ta' informazzjoni, u tgħinek issib triqtek fil-mewġ ta' gideb u diżinformazzjoni.