Parlometru 2016 - Sinteżi Analitika

Studju 17-11-2016

Dan il-Parlometru tal-2016 tal-Parlament Ewropew (PE/EB 86.1) twettaq fit-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, bejn l-24 ta’ Settembru u t-3 ta’ Ottubru 2016, minn Kantar Public (li qabel kien TNS opinion). L-istħarriġ huwa ddedikat għall-perċezzjoni tal-Ewropej dwar il-Parlament Ewropew, l-immaġni u r-rwol tiegħu, u kemm huma infurmati dwar l-istituzzjoni. Jippreżenta wkoll il-mistoqsijiet ewlenin dwar is-sħubija tal-UE, l-identità, iċ-ċittadinanza, il-politiki u l-valuri ta’ prijorità.