Kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol tat-trasportaturi tat-trasport bit-triq

15-04-2013

L-istudju jipprovdi analiżi tal-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol ta’ sewwieqa professjonali impjegati fis-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq. Dan jiffoka fuq il-kwistjonijiet soċjali fundamentali li jitqajmu f’dan is-segment tat-trasport, inklużi l-ħinijiet tas-sewqan u l-perjodi tal-mistrieħ kif ukoll aspetti prattiċi li għandhom impatt dirett fuq il-kwalità tal-ħajja tas-sewwieqa, eż. l-iskemi ta’ impjieg u l-livelli ta’ dħul. Wara analiżi kumplessiva tal-qafas legali, li jinkludi l-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti għad-dimensjoni soċjali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, qed jiġu rrappurtati s-sejbiet ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati u mas-sewwieqa.

Awtur estern

TRT Trasporti e Territorio Srl - Alessio Sitran, Enrico Pastori