L-edukazzjoni għall-Adulti u r-Riżorsi Edukattivi Miftuħa

Studju 15-09-2015

Dan l-istudju janalizza l-użu attwali ta’ Riżorsi Edukattivi Miftuħa fledukazzjoni tal-adulti, jevalwa l-potenzjal tagħhom u jagħmel rakkomandazzjonijiet għal interventi ta’ politika, fil-qies tal-oqfsa ta’ politika tal-Kummissjoni Ewropea. Jinkorpora riċerka ġdida dwar aktar minn 12-il Stat Membru, jibni fuq sinteżi tar-riċerka eżistenti minn firxa ta’ proġetti fosthom POERUP (Policies for OER Uptake ) u fuq studju tal- 2014-15 dwar Riżorsi Edukattivi Miftuħa Konġunti għaċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka (JRC), li kienu segwiti minn żewġ studji aktar reċenti tal-JRC u mill-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja (LLP).