Ir-Rwol tal-Bliet fil-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020

14-08-2014

Ir-reġjuni urbani huma fattur importanti tal-iżvilupp reġjonali. Matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, l-element ewlieni pprovdut mill-bliet u miż-żoni urbani kien fil-livell tal-proġetti. Għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, il-Politika ta' Koeżjoni ssaħħaħ ir-rwol taż-żoni urbani. Madankollu, fil-prattika, ir-rwol tal-bliet jidher li baqa' l-istess. Peress li l-fażi ta' programmazzjoni kważi ntemmet, issa hemm possibilitajiet limitati għal iktar impatt fuq id-diżinn ta' programmi ġodda. L-opportunità li jmiss għall-involviment tal-bliet se jkun bħala parti mis-sħubiji matul il-perjodu ta' programmazzjoni.