27

Riżultat(i)

Kelma (kelmiet)
Tip ta' pubblikazzjoni
Qasam tematiku
Kelma għat-tiftix
Data

Netwerks trans-Ewropej — linji gwida

01-02-2018

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) iżomm in-netwerks trans-Ewropej (TENs) fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjoni, li ssemmew l-ewwel darba fit-Trattat ta' Maastricht, sabiex jiġu kkollegati r-reġjuni kollha tal-UE. Dawn in-netwerks huma għodod maħsuba biex jikkontribwixxu għat-tkabbir tas-suq intern u għall-impjiegi, filwaqt li jsegwu l-objettivi ambjentali u dawk tal-iżvilupp sostenibbli. Fl-aħħar tal-2013 kien hemm riforma fundamentali tan-netwerk trans-Ewropew ...

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) iżomm in-netwerks trans-Ewropej (TENs) fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjoni, li ssemmew l-ewwel darba fit-Trattat ta' Maastricht, sabiex jiġu kkollegati r-reġjuni kollha tal-UE. Dawn in-netwerks huma għodod maħsuba biex jikkontribwixxu għat-tkabbir tas-suq intern u għall-impjiegi, filwaqt li jsegwu l-objettivi ambjentali u dawk tal-iżvilupp sostenibbli. Fl-aħħar tal-2013 kien hemm riforma fundamentali tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport.

Il-Finanzjament tan-Netwerks Trans-Ewropej

01-02-2018

In-Netwerks Trans-Ewropej (TENs) huma parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea u parzjalment iffinanzjati mill-Istati Membri. L-għajnuna finanzjarja mill-UE sservi ta' katalista, peress li l-Istati Membri huma obbligati jipprovdu l-biċċa l-kbira tal-finanzjament. Il-finanzjament tat-TENs jista' jiġi kkomplementat ukoll mill-Fondi Strutturali, mill-għajnuna tal-Bank Ewropew tal-Investiment jew minn kontribuzzjonijiet li jingħataw mis-settur privat. Fl-2013, bis-saħħa tal-istabbiliment tal-Faċilità ...

In-Netwerks Trans-Ewropej (TENs) huma parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea u parzjalment iffinanzjati mill-Istati Membri. L-għajnuna finanzjarja mill-UE sservi ta' katalista, peress li l-Istati Membri huma obbligati jipprovdu l-biċċa l-kbira tal-finanzjament. Il-finanzjament tat-TENs jista' jiġi kkomplementat ukoll mill-Fondi Strutturali, mill-għajnuna tal-Bank Ewropew tal-Investiment jew minn kontribuzzjonijiet li jingħataw mis-settur privat. Fl-2013, bis-saħħa tal-istabbiliment tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, ġiet introdotta riforma kbira fit-TENs.

Suq intern tal-enerġija

01-02-2018

Sabiex ikun armonizzat u liberalizzat is-suq intern tal-enerġija tal-UE, sa mill-1996, ġew adottati miżuri sabiex jindirizzaw l-aċċess għas-suq, it-trasparenza u r-regolamentazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-sostenn għall-interkonnessjoni u l-livelli adegwati ta' forniment. Dawn il-miżuri għandhom l-għan li jibnu suq tal-elettriku tal-UE aktar kompetittiv, iċċentrat fuq il-klijenti, flessibbli u nondiskriminatorju, bi prezzijiet ta' provvista bbażati fuq is-suq. B'hekk, il-miżuri jsaħħu ...

Sabiex ikun armonizzat u liberalizzat is-suq intern tal-enerġija tal-UE, sa mill-1996, ġew adottati miżuri sabiex jindirizzaw l-aċċess għas-suq, it-trasparenza u r-regolamentazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-sostenn għall-interkonnessjoni u l-livelli adegwati ta' forniment. Dawn il-miżuri għandhom l-għan li jibnu suq tal-elettriku tal-UE aktar kompetittiv, iċċentrat fuq il-klijenti, flessibbli u nondiskriminatorju, bi prezzijiet ta' provvista bbażati fuq is-suq. B'hekk, il-miżuri jsaħħu u jespandu d-drittijiet tal-konsumaturi individwali u tal-komunitajiet tal-enerġija, jindirizzaw il-faqar enerġetiku, jiċċaraw ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-parteċipanti fis-suq u tar-regolaturi u jindirizzaw is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku, tal-gass u taż-żejt, kif ukoll l-iżvilupp ta' netwerks trans-Ewropej għat-trasport tal-elettriku u tal-gass.

Komunikazzjonijiet bi prezz li jintlaħaq għan-negozji u l-konsumaturi

01-02-2018

It-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) u s-servizzi tal-aċċess għad-data u għall-internet ħadu post is-servizzi tradizzjonali tat-telefonija bħala l-prodotti ewlenin kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji. Illum, aktar u aktar kontenut awdjoviżiv huwa disponibbli fuq talba u l-konnettività tal-internet 4G u 5G qed tesperjenza tkabbir esponenzjali. Bħala rispons għal dan il-fenomenu, l-UE stabbiliet qafas regolatorju għat-telekomunikazzjonijiet li jkopri t-telekomunikazzjonijiet ...

It-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) u s-servizzi tal-aċċess għad-data u għall-internet ħadu post is-servizzi tradizzjonali tat-telefonija bħala l-prodotti ewlenin kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji. Illum, aktar u aktar kontenut awdjoviżiv huwa disponibbli fuq talba u l-konnettività tal-internet 4G u 5G qed tesperjenza tkabbir esponenzjali. Bħala rispons għal dan il-fenomenu, l-UE stabbiliet qafas regolatorju għat-telekomunikazzjonijiet li jkopri t-telekomunikazzjonijiet fissi u bla wajers, l-internet u s-servizzi tat-trażmissjoni u tax-xandir permezz ta' sensiela ta' regoli li japplikaw fl-Istati Membri kollha tal-UE.

Il-Prinċipji ġenerali dwar il-politika industrijali tal-UE

01-02-2018

Il-politika industrijali tal-UE għandha l-għan li ttejjeb il-kompetittività tal-industrija Ewropea, biex b'hekk iżżomm ir-rwol tagħha bħala xprun għat-tkabbir sostenibbli u x-xogħol fl-Ewropa. Ġew adottati diversi strateġiji sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet aħjar ta' qafas għall-industrija tal-UE, bl-aktar waħda reċenti tkun dik deskritta fil-komunikazzjoni "Għal Rinaxximent Industrijali Ewropew" ta' Jannar 2014.

Il-politika industrijali tal-UE għandha l-għan li ttejjeb il-kompetittività tal-industrija Ewropea, biex b'hekk iżżomm ir-rwol tagħha bħala xprun għat-tkabbir sostenibbli u x-xogħol fl-Ewropa. Ġew adottati diversi strateġiji sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet aħjar ta' qafas għall-industrija tal-UE, bl-aktar waħda reċenti tkun dik deskritta fil-komunikazzjoni "Għal Rinaxximent Industrijali Ewropew" ta' Jannar 2014.

L-enerġija nukleari

01-02-2018

L-enerġija nukleari prodotta bħalissa tiġi rilaxxata permezz ta' proċess imsejjaħ "fissjoni nukleari", li jinvolvi l-qsim tal-atomi bl-użu tal-uranju biex tiġi rilaxxata l-enerġija. L-enerġija nukleari hija alternattiva b'karbonju baxx għall-fjuwils fossili; tirrappreżenta komponent kritiku fit-taħlita enerġetika ta' 14 mit-28 Stat Membru u tgħodd għal kważi 30 % tal-elettriku prodott fl-UE. Madankollu, wara d-diżastru ta' Chernobyl fl-1986 u l-katastrofi nukleari f'Fukushima, il-Ġappun, fl-2011, ...

L-enerġija nukleari prodotta bħalissa tiġi rilaxxata permezz ta' proċess imsejjaħ "fissjoni nukleari", li jinvolvi l-qsim tal-atomi bl-użu tal-uranju biex tiġi rilaxxata l-enerġija. L-enerġija nukleari hija alternattiva b'karbonju baxx għall-fjuwils fossili; tirrappreżenta komponent kritiku fit-taħlita enerġetika ta' 14 mit-28 Stat Membru u tgħodd għal kważi 30 % tal-elettriku prodott fl-UE. Madankollu, wara d-diżastru ta' Chernobyl fl-1986 u l-katastrofi nukleari f'Fukushima, il-Ġappun, fl-2011, l-enerġija nukleari saret kontroversjali ħafna. Id-deċiżjoni tal-Ġermanja li telimina gradwalment l-enerġija nukleari sal-2020, kif ukoll l-għeluq temporanju ta' żewġ reatturi Belġjani wara li nstabu xquq fir-reċipjenti tagħhom, poġġew aktar pressjoni favur l-abbandun tal-enerġija nukleari fl-Ewropa. Filwaqt li huma l-Istati Membri li jagħżlu jekk jinkludux l-enerġija nukleari fit-taħlita enerġetika tagħhom jew le, il-leġiżlazzjoni tal-UE għandha l-għan li ttejjeb l-istandards tas-sikurezza tal-impjanti tal-enerġija nukleari u tiżgura li l-iskart nukleari jintrema u jiġi ttrattat b'mod sikur.

Effiċjenza enerġetika

01-02-2018

It-tnaqqis fil-konsum u fil-ħela tal-enerġija huwa ta' importanza dejjem ikbar għall-UE. Fl-2007 l-mexxejja tal-UE iffissaw mira għall-2020 biex il-konsum tal-enerġija annwali tal-UE jitnaqqas b'20 %. Il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika qed jiġu rikonoxxuti dejjem aktar mhux biss bħala mezz biex tinkiseb provvista enerġetika sostenibbli, jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista u titnaqqas in-nefqa tal-importazzjoni, iżda wkoll biex tkun promossa l-kompetittività ...

It-tnaqqis fil-konsum u fil-ħela tal-enerġija huwa ta' importanza dejjem ikbar għall-UE. Fl-2007 l-mexxejja tal-UE iffissaw mira għall-2020 biex il-konsum tal-enerġija annwali tal-UE jitnaqqas b'20 %. Il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika qed jiġu rikonoxxuti dejjem aktar mhux biss bħala mezz biex tinkiseb provvista enerġetika sostenibbli, jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista u titnaqqas in-nefqa tal-importazzjoni, iżda wkoll biex tkun promossa l-kompetittività tal-UE. Għaldaqstant, l-effiċjenza enerġetika hija prijorità strateġika għall-Unjoni tal-Enerġija, u l-UE tippromwovi l-prinċipju li "l-effiċjenza fl-enerġija tiġi l-ewwel". Il-qafas ta' politika futura għall-perjodu wara l-2030 qed jiġi diskuss.

Il-politika tal-innovazzjoni

01-02-2018

L-innovazzjoni għandha rwol li qed jiżdied fl-ekonomija tagħna. Hija tipprovdi benefiċċji għaċ-ċittadini kemm bħala konsumaturi kif ukoll bħala ħaddiema. Hija essenzjali għall-ħolqien ta' impjiegi aħjar, għall-bini ta' soċjetà iżjed ekoloġika u għat-titjib fil-kwalità ta' ħajjitna, iżda wkoll għaż-żamma tal-kompetittività tal-UE fis-suq globali. Il-politika tal-innovazzjoni hija l-interfaċċja bejn il-politika tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u l-politika industrijali u l-għan tagħha huwa l-ħolqien ...

L-innovazzjoni għandha rwol li qed jiżdied fl-ekonomija tagħna. Hija tipprovdi benefiċċji għaċ-ċittadini kemm bħala konsumaturi kif ukoll bħala ħaddiema. Hija essenzjali għall-ħolqien ta' impjiegi aħjar, għall-bini ta' soċjetà iżjed ekoloġika u għat-titjib fil-kwalità ta' ħajjitna, iżda wkoll għaż-żamma tal-kompetittività tal-UE fis-suq globali. Il-politika tal-innovazzjoni hija l-interfaċċja bejn il-politika tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u l-politika industrijali u l-għan tagħha huwa l-ħolqien ta' qafas li jwassal għall-introduzzjoni ta' ideat fis-suq.

L-industrija tad-difiża

01-02-2018

B'fatturat li kien jammonta għal EUR 97.3 biljun fl-2014, 500 000 ruħ impjegati direttament u 1.2 miljun impjieg indirett, l-industrija tad-difiża Ewropea hija settur industrijali ewlieni. Hija kkaratterizzata minn komponenti ekonomiċi u teknoloġiċi li jirrappreżentaw fatturi importanti għall-kompetittività industrijali tal-Ewropa. Maħluqa fl-2004, l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' din l-industrija. Illum, dan is-settur qiegħed iħabbat wiċċu ma' sfisdi bħall-frammentazzjoni ...

B'fatturat li kien jammonta għal EUR 97.3 biljun fl-2014, 500 000 ruħ impjegati direttament u 1.2 miljun impjieg indirett, l-industrija tad-difiża Ewropea hija settur industrijali ewlieni. Hija kkaratterizzata minn komponenti ekonomiċi u teknoloġiċi li jirrappreżentaw fatturi importanti għall-kompetittività industrijali tal-Ewropa. Maħluqa fl-2004, l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' din l-industrija. Illum, dan is-settur qiegħed iħabbat wiċċu ma' sfisdi bħall-frammentazzjoni tas-suq u t-tnaqqis tal-infiq għad-difiża.

Aġenda Diġitali għall-Ewropa

01-02-2018

Mill-1995 'l hawn, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICTs) ġabu magħhom aktar produttività u tkabbir fl-UE[1]. F'dawn l-aħħar tletin sena, il-"konverġenza" teknoloġika ċajpret il-linja bejn it-telekomunikazzjoni, ix-xandir u l-IT. Il-Kummissjoni varat is-suq uniku diġitali fl-2015 biex twettaq il-proposti leġiżlattivi ewlenin, pereżempju li tingħata spinta lill-kummerċ elettroniku, id-drittijiet tal-awtur, il-privatezza elettronika, l-armonizzazzjoni tad-drittijiet diġitali, ...

Mill-1995 'l hawn, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICTs) ġabu magħhom aktar produttività u tkabbir fl-UE[1]. F'dawn l-aħħar tletin sena, il-"konverġenza" teknoloġika ċajpret il-linja bejn it-telekomunikazzjoni, ix-xandir u l-IT. Il-Kummissjoni varat is-suq uniku diġitali fl-2015 biex twettaq il-proposti leġiżlattivi ewlenin, pereżempju li tingħata spinta lill-kummerċ elettroniku, id-drittijiet tal-awtur, il-privatezza elettronika, l-armonizzazzjoni tad-drittijiet diġitali, l-armonizzazzjoni tar-regoli tal-VAT u ċ-ċibersigurtà.

Sħab

Żomm ruħek konness

email update imageSistema ta' aġġornamenti bl-email

Permezz tas-sistema tat-twissija bl-email, li tibgħat l-aħħar informazzjoni direttament lill-indirizz tal-email tiegħek, inti tista' ssegwi l-persuni u l-avvenimenti kollha marbuta mal-Parlament. Dan jinkludi l-aħħar aħbarijiet dwar il-membri, is-servizzi tal-informazzjoni jew il-Grupp ta' Riflessjoni.

Is-sistema hija aċċessibbli minn kullimkien fuq il-websajt tal-Parlament. Biex tabbona u tirċievi notifiki tal-Grupp ta' Riflessjoni, kulma trid huwa li tagħti l-indirizz tal-email tiegħek, li tagħżel is-suġġett li jinteressak, li tindika l-frekwenza (kuljum, kull ġimgħa jew kull xahar) u li tikkonferma r-reġistrazzjoni tiegħek billi tikklikkja fuq il-link mibgħuta bl-email.

RSS imageTrażmissjonijiet RSS

M'hemm nieqsa l-ebda informazzjoni jew aġġornament fuq il-websajt tal-Parlament Ewropew bis-saħħa tal-flussi tagħna tal-RSS.

Jekk jogħġbok ikklikkja fuq il-link t'hawn taħt sabiex jiġi kkonfigurat il-fluss RSS tiegħek.