6

Riżultat(i)

Kelma (kelmiet)
Tip ta' pubblikazzjoni
Qasam tematiku
Kelma għat-tiftix
Data

Climate Diplomacy

15-03-2018

This report summarises the presentations and the discussion that took place at the workshop on Climate Diplomacy held on 20 February 2018 at the European Parliament (EP) in Brussels. It was organised by the Policy Department of the Directorate General for External Policies (DG EXPO) and Policy Department A in the Directorate General for Internal Policies (DG IPOL) at the request of the EP’s Committees on Foreign Affairs (AFET) and on Environment, Public Health and Food Safety (ENVI). The workshop ...

This report summarises the presentations and the discussion that took place at the workshop on Climate Diplomacy held on 20 February 2018 at the European Parliament (EP) in Brussels. It was organised by the Policy Department of the Directorate General for External Policies (DG EXPO) and Policy Department A in the Directorate General for Internal Policies (DG IPOL) at the request of the EP’s Committees on Foreign Affairs (AFET) and on Environment, Public Health and Food Safety (ENVI). The workshop provided members of the AFET and ENVI Committees and all participants with insights from experts on the state of play with climate diplomacy and provided an opportunity to reflect on the role of the EU in this field. MEPs Jo Leinen and Arne Lietz, co-rapporteurs of the EP’s own-initiative report on climate diplomacy, hosted the workshop.

Skemi kummerċjali applikabbli għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw

01-02-2018

Il-politika tal-iżvilupp tal-UE tenfasizza l-importanza tal-kummerċ u tiffoka fuq il-pajjiżi l-aktar fil-bżonn. L-Iskema ta' Preferenzi Ġeneralizzati tal-UE toffri lil xi prodotti tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw aċċess preferenzjali għas-suq tal-UE. Il-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika jiżguraw trattament kummerċjali preferenzjali għall-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, filwaqt li l-iskema Kollox ħlief Armi tapplika għall-pajjiżi l-anqas żviluppati. Dawn l-iskemi huma konformi mar-regoli ...

Il-politika tal-iżvilupp tal-UE tenfasizza l-importanza tal-kummerċ u tiffoka fuq il-pajjiżi l-aktar fil-bżonn. L-Iskema ta' Preferenzi Ġeneralizzati tal-UE toffri lil xi prodotti tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw aċċess preferenzjali għas-suq tal-UE. Il-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika jiżguraw trattament kummerċjali preferenzjali għall-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, filwaqt li l-iskema Kollox ħlief Armi tapplika għall-pajjiżi l-anqas żviluppati. Dawn l-iskemi huma konformi mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).

Ħarsa ġenerali lejn il-politika tal-iżvilupp

01-01-2018

Il-politika tal-iżvilupp tinsab fil-qalba tal-politiki esterni tal-Unjoni Ewropea. Hija għandha l-għan li teqred il-faqar, trawwem it-tkabbir sostenibbli, tiddefendi d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tegħleb l-isfidi ambjentali u tal-klima. L-UE taħdem fuq skala globali u hija l-akbar donatur għall-iżvilupp fid-dinja. Il-kooperazzjoni mal-Istati Membri tal-UE u l-allinjament mal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli huma essenzjali ...

Il-politika tal-iżvilupp tinsab fil-qalba tal-politiki esterni tal-Unjoni Ewropea. Hija għandha l-għan li teqred il-faqar, trawwem it-tkabbir sostenibbli, tiddefendi d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tegħleb l-isfidi ambjentali u tal-klima. L-UE taħdem fuq skala globali u hija l-akbar donatur għall-iżvilupp fid-dinja. Il-kooperazzjoni mal-Istati Membri tal-UE u l-allinjament mal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli huma essenzjali għat-twassil effiċjenti tal-għajnuna.

L-għajnuna umanitarja

01-01-2018

L-għajnuna umanitarja hija qasam ta' azzjoni esterna tal-UE li jirrispondi għall-ħtiġijiet f'każ ta' diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem. Id-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej (ECHO) tal-Kummissjoni jiffinanzja operazzjonijiet ta' sokkors u jikkoordina l-politiki u l-attivitajiet tal-Istati Membri. Il-Parlament u l-Kunsill jaġixxu bħala koleġiżlaturi fit-tfassil tal-istrateġijatal-UE dwar l-għajnuna umanitarja u jieħdu sehem fid-dibattitu ...

L-għajnuna umanitarja hija qasam ta' azzjoni esterna tal-UE li jirrispondi għall-ħtiġijiet f'każ ta' diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem. Id-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej (ECHO) tal-Kummissjoni jiffinanzja operazzjonijiet ta' sokkors u jikkoordina l-politiki u l-attivitajiet tal-Istati Membri. Il-Parlament u l-Kunsill jaġixxu bħala koleġiżlaturi fit-tfassil tal-istrateġijatal-UE dwar l-għajnuna umanitarja u jieħdu sehem fid-dibattitu globali dwar azzjoni umanitarja aktar effikaċi.

L-Afrika

01-01-2018

Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika huma regolati mill-Ftehim ta' Cotonou u l-Istrateġija Konġunta Afrika-UE, li t-tnejn li huma jinkludu dimensjonijiet politiċi, ekonomiċi u ta' żvilupp. L-UE qed taħdem b'mod attiv għall-promozzjoni tal-paċi u s-sigurtà fl-Afrika u tinsab impenjata mal-Unjoni Afrikana (UA) f'diversi djalogi politiċi, inklużi dawk dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem. Il-migrazzjoni saret tikkostitwixxi wieħed mill-elementi ċentrali tar-relazzjonijiet bejn l-Afrika u ...

Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika huma regolati mill-Ftehim ta' Cotonou u l-Istrateġija Konġunta Afrika-UE, li t-tnejn li huma jinkludu dimensjonijiet politiċi, ekonomiċi u ta' żvilupp. L-UE qed taħdem b'mod attiv għall-promozzjoni tal-paċi u s-sigurtà fl-Afrika u tinsab impenjata mal-Unjoni Afrikana (UA) f'diversi djalogi politiċi, inklużi dawk dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem. Il-migrazzjoni saret tikkostitwixxi wieħed mill-elementi ċentrali tar-relazzjonijiet bejn l-Afrika u l-UE. Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għadu l-mezz ewlieni għall-kooperazzjoni tal-UE għall-iżvilupp fl-Afrika.

Il-Paċifiku

01-01-2018

Ir-relazzjoni tal-UE mar-reġjun tal-Paċifiku għandha dimensjonijiet politiċi, ekonomiċi u ta' żvilupp. L-UE hija t-tieni l-akbar sieħeb kummerċjali tar-reġjun tal-Paċifiku u f'Ġunju 2018 tnedew negozjati għal ftehimiet komprensivi ta' kummerċ ħieles mal-Awstralja u ma' New Zealand. L-UE għandha sħubija mal-15-il Pajjiż Gżira Indipendenti tal-Paċifiku li tiffoka fuq l-iżvilupp, is-sajd u t-tibdil fil-klima, u sħubiji ma' erba' Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej u mal-Forum tal-Gżejjer tal-Paċifiku ...

Ir-relazzjoni tal-UE mar-reġjun tal-Paċifiku għandha dimensjonijiet politiċi, ekonomiċi u ta' żvilupp. L-UE hija t-tieni l-akbar sieħeb kummerċjali tar-reġjun tal-Paċifiku u f'Ġunju 2018 tnedew negozjati għal ftehimiet komprensivi ta' kummerċ ħieles mal-Awstralja u ma' New Zealand. L-UE għandha sħubija mal-15-il Pajjiż Gżira Indipendenti tal-Paċifiku li tiffoka fuq l-iżvilupp, is-sajd u t-tibdil fil-klima, u sħubiji ma' erba' Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej u mal-Forum tal-Gżejjer tal-Paċifiku.

Avvenimenti fil-ġejjieni

05-11-2019
The Art and Craft of Political Speech-writing: A conversation with Eric Schnure
Avveniment ieħor -
EPRS
06-11-2019
Where next for the global and European economies? The 2019 IMF Economic Outlook
Avveniment ieħor -
EPRS
06-11-2019
EPRS Annual Lecture: Clash of Cultures: Transnational governance in post-war Europe
Avveniment ieħor -
EPRS

Sħab

Żomm ruħek konness

email update imageSistema ta' aġġornamenti bl-email

Permezz tas-sistema tat-twissija bl-email, li tibgħat l-aħħar informazzjoni direttament lill-indirizz tal-email tiegħek, inti tista' ssegwi l-persuni u l-avvenimenti kollha marbuta mal-Parlament. Dan jinkludi l-aħħar aħbarijiet dwar il-membri, is-servizzi tal-informazzjoni jew il-Grupp ta' Riflessjoni.

Is-sistema hija aċċessibbli minn kullimkien fuq il-websajt tal-Parlament. Biex tabbona u tirċievi notifiki tal-Grupp ta' Riflessjoni, kulma trid huwa li tagħti l-indirizz tal-email tiegħek, li tagħżel is-suġġett li jinteressak, li tindika l-frekwenza (kuljum, kull ġimgħa jew kull xahar) u li tikkonferma r-reġistrazzjoni tiegħek billi tikklikkja fuq il-link mibgħuta bl-email.

RSS imageTrażmissjonijiet RSS

M'hemm nieqsa l-ebda informazzjoni jew aġġornament fuq il-websajt tal-Parlament Ewropew bis-saħħa tal-flussi tagħna tal-RSS.

Jekk jogħġbok ikklikkja fuq il-link t'hawn taħt sabiex jiġi kkonfigurat il-fluss RSS tiegħek.