15

Riżultat(i)

Kelma (kelmiet)
Tip ta' pubblikazzjoni
Qasam tematiku
Kelma għat-tiftix
Data

Id-drittijiet tal-passiġġieri

01-02-2018

Tfasslu regoli komuni bil-għan li jiżguraw li l-passiġġieri jingħataw mill-inqas livell minimu ta' assistenza f'każ ta' dewmien twil jew kanċellazzjoni, irrispettivament mill-mezz ta' trasport użat, u, b'mod partikolari li jiġu protetti l-vjaġġaturi l-aktar vulnerabbli. Ir-regoli jistabbilixxu wkoll mekkaniżmi ta' kumpens. Madankollu, hemm diversi derogi possibbli għat-trasport bil-ferrovija jew bit-triq, u l-kontestazzjonijiet fil-qrati għadhom frekwenti.

Il-Politika komuni tat-trasport: ħarsa ġenerali

01-02-2018

Il-politika tat-trasport ilha tagħmel parti mill-oqsma ta' politika komuni għal aktar minn 30 sena. Flimkien mal-ftuħ għall-kompetizzjoni tas-swieq tat-trasport u l-ħolqien tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport, il-mudell ta' "mobilità sostenibbli" se jikseb importanza dejjem akbar minn issa sal-2020, b'mod partikolari fid-dawl taż-żieda kostanti fl-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra fis-settur tat-trasport, li jheddu li jiġu kompromessi l-isforzi tal-Unjoni Ewropea biex tikseb l-għanijiet ...

Il-politika tat-trasport ilha tagħmel parti mill-oqsma ta' politika komuni għal aktar minn 30 sena. Flimkien mal-ftuħ għall-kompetizzjoni tas-swieq tat-trasport u l-ħolqien tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport, il-mudell ta' "mobilità sostenibbli" se jikseb importanza dejjem akbar minn issa sal-2020, b'mod partikolari fid-dawl taż-żieda kostanti fl-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra fis-settur tat-trasport, li jheddu li jiġu kompromessi l-isforzi tal-Unjoni Ewropea biex tikseb l-għanijiet tagħha dwar il-klima.

It-trasport internazzjonali u l-kabotaġġ fuq it-triq

01-02-2018

B'segwitu għall-adozzjoni ta' diversi atti leġiżlattivi Ewropej, ġew liberalizzati gradwalment kemm it-trasport bit-triq internazzjonali kif ukoll il-kabotaġġ tal-merkanziji u l-persuni.

Trasport bit-triq: armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni

01-02-2018

Il-ħolqien ta' suq uniku Ewropew tat-trasport bit-triq huwa impossibbli mingħajr l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali rilevanti fis-seħħ fl-Istati Membri. Il-miżuri adottati mill-UE huma ta' natura fiskali, teknika, amministrattiva u soċjali.

It-trasport bit-triq: standards tat-traffiku u tas-sikurezza

01-02-2018

L-Unjoni Ewropea ddotat lilha nnifisha bil-għan li toħloq żona Ewropea ta' sikurezza fit-toroq fuq perjodu ta' għaxar snin bejn l-2010 u l-2020. Il-kompetenza f'dan il-qasam hija prinċipalment nazzjonali. Għaldaqstant, l-UE qed tiffoka l-miżuri tagħha fuq il-kundizzjoni teknika tal-vetturi, it-trasport ta' merkanzija perikoluża u s-sikurezza tat-toroq.

It-trasport ferrovjarju

01-02-2018

Il-politika tal-UE tat-trasport ferrovjarju għandha l-għan li toħloq Żona Ferrovjarja Unika Ewropea. Il-ftuħ tas-settur ferrovjarju għall-kompetizzjoni, li beda fl-2001, kien jikkonsisti fl-adozzjoni, fuq spazju ta' għaxar snin, ta' tliet pakketti u riformulazzjoni ġenerali. Ir-raba' pakkett, imfassal biex jikkompleta ż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, ġie adottat f'April 2016 (il-pilastru tekniku) u f'Diċembru 2016 (il-pilastru tas-suq).

It-trasport bl-ajru: ir-regoli tas-suq

01-02-2018

L-istabbiliment tas-Suq Uniku tal-Avjazzjoni lejn l-aħħar tad-disgħinijiet tas-seklu 20 ittrasforma b'mod radikali l-industrija tat-trasport bl-ajru u, matul l-aħħar għoxrin sena, ikkontribwixxa bil-kbir għat-tkabbir qawwi fit-trasport bl-ajru fl-Ewropa.

It-trasport bl-ajru: Is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili

01-02-2018

Is-sigurtà tal-avjazzjoni (li hija differenti mis-sikurezza tal-avjazzjoni[1]) teżisti biex tipprevjeni atti malizzjużi kontra l-ajruplani, il-passiġġieri u l-ekwipaġġ tagħhom. Wara l-attakki terribbli tal-2001, l-UE adottat sett ta' regoli dwar is-sigurtà għas-salvagwardja tal-avjazzjoni ċivili. Dawn ir-regoli jiġu aġġornati regolarment biex jindirizzaw ir-riskji li qed jevolvu. L-Istati Membri jżommu d-dritt li japplikaw miżuri aktar stretti.

It-trasport bl-ajru: Ajru Uniku Ewropew

01-02-2018

L-inizjattiva Ajru Uniku Ewropew għandha l-għan li żżid l-effiċjenza tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru billi tnaqqas il-frammentazzjoni tal-ispazju tal-ajru Ewropew. Min-natura tagħha, din l-inizjattiva, li qed tiġi implimentata bħalissa, hija waħda pan-Ewropea u miftuħa għall-pajjiżi ġirien.

Is-sikurezza tal-avjazzjoni

01-02-2018

Ir-regoli komuni, li progressivament ġew estiżi għas-settur kollu tal-avjazzjoni, jiggarantixxu livell uniformi u għoli ta' sikurezza[1] fi ħdan is-suq intern tat-trasport bl-ajru.

Avvenimenti fil-ġejjieni

01-10-2019
Health threats from climate change: Scientific evidence for policy-making
Avveniment ieħor -
EPRS

Sħab

Żomm ruħek konness

email update imageSistema ta' aġġornamenti bl-email

Permezz tas-sistema tat-twissija bl-email, li tibgħat l-aħħar informazzjoni direttament lill-indirizz tal-email tiegħek, inti tista' ssegwi l-persuni u l-avvenimenti kollha marbuta mal-Parlament. Dan jinkludi l-aħħar aħbarijiet dwar il-membri, is-servizzi tal-informazzjoni jew il-Grupp ta' Riflessjoni.

Is-sistema hija aċċessibbli minn kullimkien fuq il-websajt tal-Parlament. Biex tabbona u tirċievi notifiki tal-Grupp ta' Riflessjoni, kulma trid huwa li tagħti l-indirizz tal-email tiegħek, li tagħżel is-suġġett li jinteressak, li tindika l-frekwenza (kuljum, kull ġimgħa jew kull xahar) u li tikkonferma r-reġistrazzjoni tiegħek billi tikklikkja fuq il-link mibgħuta bl-email.

RSS imageTrażmissjonijiet RSS

M'hemm nieqsa l-ebda informazzjoni jew aġġornament fuq il-websajt tal-Parlament Ewropew bis-saħħa tal-flussi tagħna tal-RSS.

Jekk jogħġbok ikklikkja fuq il-link t'hawn taħt sabiex jiġi kkonfigurat il-fluss RSS tiegħek.