L-ebda avveniment fil-ġejjieni

Seduti ta’ smigħ

Skond l-Artikolu 193 tar-Regoli ta’ Proċeduri, kumitat jista’ jorganizza seduta ta' smigħ ma’ esperti, meta dan jitqies essenzjali għal xogħolu fuq suġġett partikolari. Is-seduti ta' smigħ jistgħu jsiru b’mod konġunt minn żewġ kumitati jew aktar. Il-biċċa l-kbira tal-kumitati jorganizzaw seduti ta' smigħ regolari, peress li jippermettulhom jisimgħu mingħand l-esperti u jkollhom diskussjonijiet fuq kwistjonijiet fundamentali. F’din il-paġna għandek issib l-informazzjoni kollha disponibbli li għandha x’taqsam mas-seduti ta' smigħ tal-kumitati, inkluż programmi, posters u kontributi mill-kelliema.

Workshops

Il-Workshops huma organizzati mid-dipartimenti politiċi u ġestiti b'mod konformi mar-Regolament Finanzjarju. Mhux bilfors isiru fil-pubbliku, jistgħu jsiru waqt laqgħa ta' Kumitat.

Il-Workshops jippermettu li l-Membri jagħmlu mistoqsijiet lil esperti u jiskambjaw fehmiet magħhom dwar suġġetti assoċjati mal-attività parlamentari jew suġġetti ta' interess attwali.

Avvenimenti oħra

L-avvenimenti l-oħra kollha relatati ma' politiki.