Main navigation
Ara l-Parlament Ewropew bħal qatt qabel fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi. B'mod dinamiku, interattiv u multimedjali, niggwidawk tul l-istorja tal-vjaġġ lejn l-integrazzjoni Ewropea u nuruk l-impatt ta' dan kollu fuq ħajjitna ta' kuljum.
Temporanjament magħluq għall-pubbliku minħabba spezzjoni teknika.
Idħol fir-rwol ta' Membru tal-Parlament Ewropew. Ħu kors rapidu f'kif jaħdem il-korp demokratiku direttament elett miċ-ċittadini Ewropej. Iddibatti, innegozja u ibni l-ġejjieni li trid għall-Ewropa. Din l-attività hija maħsuba għal gruppi ta' studenti tas-sekondarja, u ssir fil-parlamentarium fi Brusell.
Briefing interessanti u żjara fil-Kamra tal-plenarja flimkien ma' uffiċjal tal-Parlament huma modi tajbin kif tiskopri l-essenzjali dwar il-Parlament Ewropew. Hawn għandek l-opportunita' tara l-Kamra u, forsi anke tara dibattitu.
AVVIŻ IMPORTANTI: It-tours fl-Emiċilku huma temporanjament ikkanċellati minħabba spezzjoni teknika. Iż-żjarat huma temporanjament limitati għal konferenza ta' informazzjoni dwar il-Parlament Ewropew.
Il-Parlament Ewropew jospita avvenimenti u wirjiet. Nistednuk tesplora r-rikkezza tal-Ewropa permezz ta' wirjiet bit-tema "Magħqudin fid-Diversità". Fl-ispazju multifunzjonali żgħir isiru avvenimenti bħal preżentazzjonijiet ta' kotba, diskussjonijiet u taħditiet.
Brussell hi fil-qalba tal-Unjoni Ewropea.
Il-belt hija s-sede tal-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni, it-tieni sede tal-Parlament Ewropew, u tospita ħafna istituzzjonijiet Ewropej oħra. Dan kollu tarah b'għajnejk billi tqatta' kwarta fil-kwartier Ewropew - il-ġlekkijiet u ingravajjet, il-karozzi suwed u l-uċuħ familjari mill-aħbarijiet tat-TV!
Strasburgu hi s-sede uffiċjali tal-Parlament Ewropew. Kull xahar, il-Membri jiltaqgħu hawnhekk biex jivvotaw u jiddibattu tul laqgħat ta' erbat ijiem magħrufa bħala sessjonijiet plenarji. Nistiednu 'l-viżitaturi jiskopru aktar permezz ta' taħdita informattiva li ddum madwar siegħa.
Biex iżżur il-PE fil-Lussemburgu, ikkuntattja l-Uffiċċju tal-Informazzjoni tal-Lussemburgu:
Bureau d'Information de Luxembourg
7, rue du Marché-aux-Herbes
L-2929 LUSSEMBURGU
00352/4300 22704
Ikkuntattja wieħed mill-Uffiċċji tal-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew