skip to content
Parlamentarium, the European parliament visitors' centre
 

Il-Parlamentarium

Skopri ċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew
 

Esperjenza l-politika Ewropea bħal qatt qabel fl-akbar ċentru tal-viżitaturi parlamentari tal-Ewropa u ara għaliex 1.5 miljun ruħ diġà żaru l-Parlamentarium!

Gwidi multimedjali li jinżammu fl-idejn jakkumpanjaw lill-viżitaturi fil-qalba tal-Parlament Ewropew, u jispjegaw it-triq lejn l-integrazzjoni Ewropea, kif jaħdem il-Parlament Ewropew u x'qegħdin jagħmlu l-Membri tiegħu biex jegħlbu l-isfidi tal-lum. Il-Parlamentarium huwa dinamiku u interattiv fid-disinn tiegħu u jista' jiġi esperjenzat bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'hekk huwa l-post ideali biex viżitaturi ta' kull età jiskopru l-politika Ewropea.

Il-Parlamentarium huwa miftuħ sebat ijiem fil-ġimgħa u d-dħul huwa b'xejn. Żjara normalment iddum madwar 90 minuta, iżda huma disponibbli tours iqsar għall-familji u l-gruppi tal-iskola. Ara hawn taħt għal aktar dettalji dwar dak li l-Parlamentarium għandu x'joffri u l-programm tiegħu ta' avvenimenti u ta' wirjiet temporanji.

 .

#ThisIsMy5: AND THE WINNERS ARE...

-Kontenut disponibbli bl-Ingliż biss.- To mark 5 years since opening, last year Parlamentarium launched the #ThisIsMy5 Instagram photo competition. Participants were asked to share photos of their top 5 - priorities, wishes, friends, pets, places or things - and they did!
Take a look at the winning photos!
The 20 photos from the 5 winners will be exhibited in the Parlamentarium from the beginning of March, along with another 288 photos from the 1,181 entries. The winners will also be invited to Brussels for the Museum Night Fever on 11 March.

SKOPRI L-KARATTERISTIĊI

Il-Parlamentarium għandu ħafna x'joffri kemm lill-adulti kif ukoll lit-tfal, u ż-żjarat jistgħu jitfasslu għal kważi kull qasam ta' interess.

European Parliament, ParlamentariumEsperjenza l-politika Ewropea bħal qatt qabel fl-akbar ċentru tal-viżitaturi parlamentari tal-Ewropa u skopri għaliex 1.3 miljun ruħ diġà żaru l-Parlamentarium!
 
 .

Poġġi quddiem nett fiċ-ċentru tal-Emiċiklu

Ċinema impressjonanti ta' 360° iqiegħed lill-viżitaturi fil-qalba tal-Parlament Ewropew u jipprovdi
perspettiva unika biex tara kif jaħdem u kif isiru
l-liġijiet tal-UE.

Il-Parlament Ewropew, Iltaqa' mal-Membri tiegħek fil-PEEsperjenza l-politika Ewropea bħal qatt qabel fl-akbar ċentru tal-viżitaturi parlamentari tal-Ewropa u skopri għaliex 1.3 miljun ruħ diġà żaru l-Parlamentarium!
 
 .

Iltaqa' man-nies li jagħmlu dan kollu possibbli: il-Membri tal-Parlament Ewropew

Skopri aktar dwar kull wieħed mis-751 Membru tal-Parlament Ewropew, li jaħdmu flimkien biex jirrappreżentaw liċ-ċittadini tal-UE.

European Parliament, ParlamentariumEsperjenza l-politika Ewropea bħal qatt qabel fl-akbar ċentru tal-viżitaturi parlamentari tal-Ewropa u skopri għaliex 1.3 miljun ruħ diġà żaru l-Parlamentarium!
 
 .

Ivvjaġġa madwar l-Ewropa u ara l-impatt li tagħmel l-Unjoni Ewropea

Mappa interattiva mal-art tieħu lill-viżitaturi fuq tour virtwali madwar l-Unjoni Ewropea, filwaqt li turi d-diversità tagħha u tenfasizza kważi 100 mod li
bihom tikkontribwixxi għall-benesseri taċ-ċittadini tagħha.

Ħu tour virtwali issa!
European Parliament, ParlamentariumEsperjenza l-politika Ewropea bħal qatt qabel fl-akbar ċentru tal-viżitaturi parlamentari tal-Ewropa u skopri għaliex 1.3 miljun ruħ diġà żaru l-Parlamentarium!
 
 .

Isma' dwar xi tfisser l-Unjoni Ewropea għall-Ewropej

Irrilassa f'salott akkoljenti waqt li attivista ambjentali mill-Polonja, professur Sloven u kantanta Finlandiża (fost ħafna oħrajn) jiddeskrivu l-impatt li l-Unjoni Ewropea għandha fuq ħajjithom.

STUDENTI U TFAL

Logħba tar-Rwoli għall-gruppi mill-iskejjel tippermetti lill-istudenti jesperjenzaw xi jfisser li tkun Membru tal-Parlament Ewropew għal ġurnata.

Min jilgħab jiskopri kif tiġi abbozzata l-leġiżlazzjoni Ewropea, mill-konsultazzjoni tal-gruppi ta' interess għall-ħolqien ta' alleanzi għan-negozjar ma' istituzzjonijiet oħra u għall-mod kif wieħed jitkellem mal-media.

 .

Inħolqu wkoll tours speċjali ta' siegħa għat-tfal.

Il-Parlament Ewropew, Attivitajiet għat-tfalEsperjenza l-politika Ewropea bħal qatt qabel fl-akbar ċentru tal-viżitaturi parlamentari tal-Ewropa u skopri għaliex 1.3 miljun ruħ diġà żaru l-Parlamentarium!
 

Il-logħba "Luna" hija "scavenger hunt" maħsuba għat-tfal ta' bejn l-6 u t-10 snin li jkunu qed iżuru l-Parlamentarium mal-familji tagħhom. Ktejjeb dwar din il-logħba huwa disponibbli minn fejn tiġbor il-gwida multimedjali. Tinsiex tiġbor il-premju tiegħek fl-aħħar tat-tour!

Il-Galaxy Talent Show jieħu lil gruppi ta' 4 jew 5 studenti bejn l-etajiet ta' 10 snin u 14-il sena madwar il-Parlamentarium biex isiru jafu aktar dwar l-Ewropa, l-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew.

 .

INFORMAZZJONI PRATTIKA

Wasla

Il-Parlament Ewropew għandu ċentru ta' akkolenza ġdid f'Rue D'Ardrenne. L'Atrium huwa l-post ideali biex tikseb l-orjentament u tieħu mument ta' pawsa qabel iżżur l-Emiċiklu, il-Parlamentarium u d-Dar tal-Istorja Ewropea.

Sigurtà

Għalkemm id-dokumenti tal-identità mhumiex obbligatorji biex ikollok aċċess għall-bini, nagħtuk parir li ġġibhom miegħek.

Il-viżitaturi u l-basktijiet kollha jista' jsirilhom kontrolli tas-sigurtà bħalma jsiru fl-ajruporti qabel ma jitħallew jidħlu. L-armi tan-nar, is-sustanzi splussivi jew fjammabbli, l-isprays tal-bżar, oġġetti li jaqtgħu u oġġetti oħra li jistgħu jitqiesu bħala armi huma pprojbiti. Skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali Belġjana, ċerti oġġetti pprojbiti jistgħu jingħataw lill-pulizija.

Ir-ritratti u l-iffilmjar huma permessi fiż-żona tal-viżitaturi, iżda huma pprojbiti fiż-żona tas-sigurtà.

Viżitaturi bi bżonnijiet speċjali

Il-Parlament Ewropew huwa impenjat li jtejjeb kostantement l-aċċess għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Il-faċilitajiet u l-attivitajiet kollha tagħna huma kompletament aċċessibbli għall-viżitaturi bi bżonnijiet speċjali.

Għall-viżitaturi b'mobilità mnaqqsa

Il-Parlamentarium joffri aċċess sħiħ għas-siġġijiet tar-roti, u l-persunal tagħna huwa disponibbli biex jipprovdi assistenza.

Jekk għandek bżonn assistenza speċjali, jekk jogħġbok avża lill-Parlamentarium bil-quddiem.
 .
Għall-viżitaturi b'vista batuta

Il-Parlamentarium joffri gwidi multimedjali b'audio files speċjali li jiddeskrivu l-ispazju u l-kontenut tiegħu u l-karatteristiċi ewlenin. Mapep tattili bil-Braille huma disponibbli bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż, u hemm tastieri bil-Braille f'żewġ żoni. Il-klieb gwida jitħallew jidħlu wkoll.

 .
Għall-viżitaturi b'diffikultajiet ta' smigħ

Il-gwidi multimedjali fihom videos bil-lingwa tas-sinjali bl-Ingliż (BSL), bil-Franċiż (LSF), bil-Ġermaniż (DGS) u bl-Olandiż (NGT). Il-Parlamentarium huwa kompletament attrezzat b'induction loops.

Għal kummenti jew mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Parlamentarium bl-email.

Faċilitajiet

Il-Parlamentarium għandu lockers, ħanut tar-rigali, toilets u kafetterija b'għażla ta' xarbiet rinfreskanti u snacks tajbin.

 

AĠENDA

THE 28 IN YOUR PLATE

Brussell
22-06-2016

Esplanade Solidarność

SESSJONI PLENARJA MINI

Brussell
Wed Feb 24 00:00:00 CET 2016 - Thu Feb 25 00:00:00 CET 2016
Wed Apr 27 00:00:00 CEST 2016 - Thu Apr 28 00:00:00 CEST 2016
Wed May 25 00:00:00 CEST 2016 - Thu May 26 00:00:00 CEST 2016
Wed Jun 22 00:00:00 CEST 2016 - Thu Jun 23 00:00:00 CEST 2016
Wed Nov 30 00:00:00 CET 2016 - Thu Dec 01 00:00:00 CET 2016
Wed Feb 01 00:00:00 CET 2017 - Thu Feb 02 00:00:00 CET 2017
Wed Mar 01 00:00:00 CET 2017 - Thu Mar 02 00:00:00 CET 2017
Wed Apr 26 00:00:00 CEST 2017 - Thu Apr 27 00:00:00 CEST 2017
Wed May 31 00:00:00 CEST 2017 - Thu Jun 01 00:00:00 CEST 2017
Wed Nov 29 00:00:00 CET 2017 - Thu Nov 30 00:00:00 CET 2017

Sessjoni Plenarja Mini

Plenarja
Wirja
Oħrajn

ĦINIJIET TAL-FTUĦ

 .
It-Tnejn
13:00 - 18:00
 
 
Mit-Tlieta sal-Ġimgħa
09:00 - 18:00
 
 
Is-Sibt u l-Ħadd
10:00 - 18:00
 
 

Il-viżitaturi jistgħu jidħlu sa nofs siegħa qabel il-ħin tal-għeluq.

Iċ-Ċentru jkun magħluq:
fl-1 ta' Jannar / fl-1 ta' Mejju / fl-1 ta' Novembru / fl-24, il-25 u l-31 ta' Diċembru

KIF TASAL

PARLAMENTARIUM
Bini Willy Brandt
Rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 Brussell
Il-Belġju

Ferrovija

Għall-Parlament Ewropew, ieqaf fl-istazzjon Bruxelles-Luxembourg.

Ferrovija Belġjana

Tal-linja

In-numri 22, 27, 34, 38, 64, 80 u 95 kollha jieqfu l-Parlament Ewropew.
In-numri 12 u 21 iwassluk ukoll l-Ajruport ta' Brussell.

Metro

L-eqreb waqfiet huma Maelbeek u Schuman fuq il-linji 1 u 5, u Trône fuq il-linji 2 u 6.

It-trasport pubbliku fi Brussell

Ċentru ta' akkoljenza Atrium

Id-daħla tal-Atrium f'Rue D'Ardenne huwa l-post mnejn il-viżitaturi jistgħu jitniżżlu jew jitilgħu fil-kowċ, u huwa wkoll il-post mnejn jistqħu jibdew iż-żjara tagħhom.

IKKUNTATTJANA

Għandek mistoqsija? Tixtieq tagħti feedback? Ibagħtilna email!

Ibgħat email
 .

PRENOTAZZJONI U DĦUL

Id-dħul huwa b'xejn.

Filwaqt li kulħadd jista' jibbukkja minn qabel, dan huwa rakkomandat ħafna għall-gruppi.

IBBUKKJA Ż-ŻJARA TIEGĦEK
 .