skip to content
 

Żur il-Parlament Ewropew

Ejja u ħu sehem int ukoll!
 

Fil-ħarifa tal-2016, il-bini li qabel kien jokkupa l-istazzjon ferrovjarju Bruxelles-Luxembourg fi Brussell se jiġi ttrasformat fiċ-ċentru ta' akkoljenza għall-Parlament Ewropew. Station Europe se toffri lill-viżitaturi l-informazzjoni kollha li jeħtieġu dwar dak li jistgħu jaraw u jagħmlu fi Brussell.

Int se tkun tista' tippjana u tibbukkja ż-żjara tiegħek fil-Parlament Ewropew. Għal uħud mill-attivitajiet jeħtieġ li tibbukkja minn qabel, għalhekk kun ċert li tiċċekkja l-paġni differenti għad-dettalji.

Station Europe se jkollu mudell 3D interattiv u mwejjed bi skrins tattili, u int se tkun tista' tiskopri saħansitra aktar dwar l-istorja tal-Parlament Ewropew fi Brussell, il-binjiet tiegħu u wħud min-nies famużi li żaruh. Imxi fuq il-passi ta' Richard Gere, Conchita Wurst u Simone Veil u skopri l-Parlament Ewropew.

 .
 .
Skopri ċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew
Il-qalba tad-demokrazija Ewropea
 
Post fejn tiddibatti, tistaqsi u tirrifletti dwar l-istorja tal-Ewropa
Explore the European Parliament (EN only)

 .

VLOGGERS IŻURU BRUSSELL

L-aħjar mod biex tara x'għandu x'joffri l-Parlament Ewropew hu mill-perspettiva tal-viżitaturi nfushom. Segwi l-filmat ta' hawn taħt biex tara kif erba' vloggers ġew mistiedna Brussell biex jagħtu rakkont ġenwin taż-żjara tagħhom fil-Parlament Ewropew.

 .

Skopri aktar dwar x'hemm disponibbli fil-kampus tal-Parlament Ewropew fi Brussell billi tikklikkja fuq il-links fin-naħa ta' fuq tal-paġna, jew  agħti daqqa t'għajn lill-filmati kollha!

 
 .

IL-GWIDA KUMPATTA TIEGĦEK GĦALL-PARLAMENT EWROPEW

Biex torganizza l-vjaġġ tiegħek aħjar, iġbor gwida kumpatta tal-Parlament Ewropew disponibbli bla ħlas, li tinkludi dettalji tal-attivitajiet kollha li għandu x'joffri l-Parlament Ewropew. Il-gwida hi disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, u tinkludi mappa biex tgħinek issib triqtek fil-binjiet differenti. Il-gwida kumpatta hi disponibbli fil-binjiet kollha aċċessibbli għall-pubbliku u tista' wkoll titniżżel f'verżjoni diġitali.

 .
 .

L-UFFIĊĊJU TAL-INFORMAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW FIL-BELĠJU

L-Uffiċċju tal-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-Belġju huwa l-pont bejn il-Parlament Ewropew u l-pubbliku, l-istampa, l-organizzazzjonijiet kulturali u l-istituzzjonijiet edukattivi Belġjani, kif ukoll, b'mod iktar ġenerali, kull min għandu interess fl-affarijiet Ewropej u fir-rwol tal-Parlament Ewropew u l-Membri tiegħu.

L-Uffiċċju tal-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-Belġju jokkupa l-bini li fil-passat serviet bħala l-istazzjon ferrovjarju Brussels-Quartier Léopold. Żur il-paġna tal-Uffiċċju tal-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-Belġju  għal aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet li għandu x'joffri. Hemm 35 uffiċċju tal-informazzjoni ieħor madwar l-Unjoni Ewropea u f'Washington D.C. Għal aktar informazzjoni dwar l-Uffiċċji tal-Informazzjoni, ara t-taqsima Qribek.

 

AĠENDA

THE 28 IN YOUR PLATE

Brussell
22-06-2016

Esplanade Solidarność

SESSJONI PLENARJA MINI

Brussell
24/02/2016 - 25/02/2016
27/04/2016 - 28/04/2016
25/05/2016 - 26/05/2016
22/06/2016 - 23/06/2016
30/11/2016 - 01/12/2016
01/02/2017 - 02/02/2017
01/03/2017 - 02/03/2017
26/04/2017 - 27/04/2017
31/05/2017 - 01/06/2017
29/11/2017 - 30/11/2017

Sessjoni Plenarja Mini

Plenarja
Wirja
Oħrajn

KIF TASAL

STATION EUROPE
Place du Luxembourg 100
B-1047 Brussell
Il-Belġju

Ferrovija

Għall-Parlament Ewropew, ieqaf fl-istazzjon Bruxelles-Luxembourg.

Ferrovija Belġjana

Tal-linja

In-numri 22, 27, 34, 38, 64, 80 u 95 kollha jieqfu l-Parlament Ewropew.
In-numri 12 u 21 iwassluk ukoll l-Ajruport ta' Brussell.

Metro

L-eqreb waqfiet huma Maelbeek u Schuman fuq il-linji 1 u 5, u Trône fuq il-linji 2 u 6.

It-trasport pubbliku fi Brussell

KUNTATTI

Għandek mistoqsija? Tixtieq tagħti feedback? Ibagħtilna email!

Ibgħat email

SOCIAL MEDIA