skip to content
 

L-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew

Il-qalba tad-demokrazija Ewropea
 

Brussell tospita l-uffiċċji ewlenin tal-Membri tal-Parlament Ewropew. Żjara fl-Emiċiklu hija mod tajjeb ħafna biex tgawdi l-atmosfera eċitanti tal-akbar parlament transnazzjonali fid-dinja u biex issir taf dwar is-setgħat u r-rwol tiegħu.

L-Emiċiklu jesa' s-751 Membru kollha tal-Parlament Ewropew. Matul is-sessjonijiet plenarji jintuża għall-ikbar dibattiti u d-dibattiti l-iktar importanti tal-Parlament Ewropew, u huwa l-post li fih jittieħdu ħafna votazzjonijiet storiċi. Iż-żjarat huma bla ħlas. Il-gruppi jridu jibbukkjaw minn qabel, iżda fil-każ ta' individwi dan mhuwiex meħtieġ.

Dokument validu tal-identità (ID card jew passaport) jinħtieġ biex tidħol fil-bini tal-Parlament Ewropew.

 .

RITRATTI

 .
 

VIŻITATURI INDIVIDWALI

 .

Il-viżitaturi individwali jistgħu jżuru l-Emiċiklu bi gwida multimedjali, jattendu laqgħa ta' tagħrif jew isegwu sessjonijiet plenarji. Iż-żjarat huma disponibbli għal individwi, familji u gruppi żgħar ta' mhux aktar minn 10 persuni. Tfal taħt l-età ta' 14-il sena jridu jiġu akkumpanjati minn persuna adulta. Jekk jogħġbok kun fl-intrata tal-viżitaturi kwarta qabel il-bidu taż-żjara.

Gwidi Multimedjali

Żur l-emiċiklu bir-ritmu tiegħek permezz ta' gwida multimedjali, disponibbli fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Żjarat bi gwidi multimedjali jdumu madwar siegħa. Kun af li ż-żjarat bil-gwida multimedjali mhumiex possibbli matul is-sessjonijiet plenarji.

Tista' tniżżel il-gwida multimedjali qabel tibda ż-żjara tiegħek. L-app 'EP Visit' issibha fl-Apple App Store u fil-Google Play. Nitolbuk tieħu nota li l-app ma taħdimx barra l-ispazju tal-viżitaturi tal-Emiċiklu.

ĦINIJIET TAL-VIŻITATURI

Settembru-Ġunju (iż-żjarat jibdew biss fil-ħinijiet li ġejjin)
Mit-Tnejn sal-Ħamis: 09:00, 10:00, 11:00, 14:00, 15:00, 16:00
Il-Ġimgħa: 09:00, 10:00, 11:00

Lulju u Awwissu (iż-żjarat jistgħu jsiru f'kull ħin)
Mit-Tnejn sal-Ħamis: 09:00 - 16:00
Il-Ġimgħa: 09:00 - 12:00

Laqgħat ta' tagħrif

Gawdi minn żjara iktar personalizzata permezz ta' laqgħa ta' tagħrif dwar ix-xogħol u r-rwol tal-Parlament Ewropew minn wieħed mill-kelliema tagħna. Il-laqgħat ta' tagħrif idumu bejn nofs siegħa u siegħa u huma disponibbli bl-Ingliż u bil-Franċiż (lingwi oħra huma soġġetti għad-disponibbiltà).

SKEDA TAL-LAQGĦAT TA’ TAGĦRIF

Settembru-Ġunju
It-Tnejn: 11:00, 15:00

Lulju u Awwissu
Mit-Tnejn sal-Ħamis: 11:00, 15:00
Il-Ġimgħa: 11:00

Segwi s-sessjoni plenarja

Matul is-sessjonijiet plenarji, numru limitat ta' postijiet huma disponibbli għal viżitaturi individwali li jixtiequ jsegwu s-sessjoni għal siegħa. Id-dħul jiddependi mid-disponibbiltà ta' postijiet. Iċċekkja l-kalendarju fuq il-lemin għad-dati tas-sessjonijiet plenarji fi Brussell.

ĦINIJIET TAŻ-ŻJARAT WAQT IS-SESSJONI PLENARJA

L-Erbgħa: 15.00 - 17.30
Il-Ħamis: 9.00 - 12.00

Festi pubbliċi u ġranet magħluqa

Iż-żjarat mhumiex possibbli fil-weekends, fil-ġranet magħluqa jew fil-festi pubbliċi.
Fl-2018: 01/01, 02/01, 29/03, 30/03, 02/04, 01/05, 09/05, 10/05, 11/05, 21/05, 15/08, 01/11, 02/11 u mill-24/12 sat-03/01/2019 inklużi.

 

GRUPPI

 .
Parlament Ewropew, l-MEPs jivvutawL-MEPs jivvutaw waqt sessjoni plenarja.
 

Jistgħu jiġu organizzati żjarat fl-Emiċiklu għal gruppi ta' bejn 10 u 50 persuna (gruppi akbar jistgħu jkunu akkomodati fuq talba), li jridu jiġu bbukkjati bejn xahrejn u tliet xhur qabel. It-talbiet huma soġġetti għad-disponibbiltà tal-kmamar u tal-kelliema.

Iż-żjarat fi gruppi jdumu bejn siegħa u sagħtejn u jikkonsistu minn laqgħa ta' tagħrif minn membru tal-persunal dwar ir-rwol u s-setgħat tal-Parlament Ewropew, sessjoni ta' mistoqsijiet u tweġibiet u żjara fil-gallerija tal-Emiċiklu. Skont il-kalendarju tal-Parlament Ewropew, il-gruppi jaf ikunu jistgħu jsegwu wkoll is-sessjoni plenarja mill-gallerija għal siegħa.

Iż-żjarat isiru bl-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jsiru mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Il-mexxejja tal-gruppi jistgħu jibbukkjaw żjara billi jimlew il-formola tat-talba online.

 

KOLLEZZJONI TAL-ARTI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Parlament Ewropew, kollezzjoni tal-artiSkopri l-kollezzjoni tal-arti tal-Parlament Ewropew.  
 

Il-viżitaturi tal-Emiċiklu jistgħu jaraw ukoll partijiet mill-Kollezzjoni tal-Arti tal-Parlament Ewropew.

Din il-kollezzjoni hija magħmula minn 387 opra tal-arti moderna minn madwar l-Unjoni Ewropea, b'enfasi fuq artisti żgħażagħ promettenti. Il-Parlament Ewropew aċċetta wkoll aktar minn 120 donazzjoni, u jaċċetta self ta' xogħlijiet tal-arti fuq bażi regolari.

                      

 
Pittogrammi tal-faċilitajiet tal-Parlament Ewropew
 

AĠENDA

THE 28 IN YOUR PLATE

Brussell
22-06-2016

Esplanade Solidarność

SESSJONI PLENARJA MINI

Brussell
Wed Feb 24 00:00:00 CET 2016 - Thu Feb 25 23:59:59 CET 2016
Wed Apr 27 00:00:00 CEST 2016 - Thu Apr 28 23:59:59 CEST 2016
Wed May 25 00:00:00 CEST 2016 - Thu May 26 23:59:59 CEST 2016
Wed Jun 22 00:00:00 CEST 2016 - Thu Jun 23 23:59:59 CEST 2016
Wed Nov 30 00:00:00 CET 2016 - Thu Dec 01 23:59:59 CET 2016
Wed Feb 01 00:00:00 CET 2017 - Thu Feb 02 23:59:59 CET 2017
Wed Mar 01 00:00:00 CET 2017 - Thu Mar 02 23:59:59 CET 2017
Wed Apr 26 00:00:00 CEST 2017 - Thu Apr 27 23:59:59 CEST 2017
Wed May 31 00:00:00 CEST 2017 - Thu Jun 01 23:59:59 CEST 2017
Wed Nov 29 00:00:00 CET 2017 - Thu Nov 30 23:59:59 CET 2017
Wed Feb 28 00:00:00 CET 2018 - Thu Mar 01 23:59:59 CET 2018
Wed May 02 00:00:00 CEST 2018 - Thu May 03 23:59:59 CEST 2018
Wed Nov 28 00:00:00 CET 2018 - Thu Nov 29 23:59:59 CET 2018
Wed Jan 30 00:00:00 CET 2019 - Thu Jan 31 23:59:59 CET 2019
Wed Apr 03 00:00:00 CEST 2019 - Thu Apr 04 23:59:59 CEST 2019

Sessjoni Plenarja Mini

Plenarja
Wirja
Oħrajn

KIF TASAL

TGĦARRIF U ŻJARAT FL-EMIĊIKLU
Bini Paul-Henri Spaak
Rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 Brussell
Il-Belġju

Ferrovija

Għall-Parlament Ewropew, ieqaf fl-istazzjon Bruxelles-Luxembourg.

Ferrovija Belġjana

Tal-linja

L-eqreb waqfiet huma Maelbeek u Schuman fuq il-linji 1 u 5, u Trône fuq il-linji 2 u 6.

Metro

It-trasport pubbliku fi Brussell

It-trasport pubbliku fi Brussell

Ċentru ta' akkoljenza Atrium

Id-daħla tal-Atrium f'Rue D'Ardenne huwa l-post mnejn il-viżitaturi jistgħu jitniżżlu jew jitilgħu fil-kowċ, u huwa wkoll il-post mnejn jistqħu jibdew iż-żjara tagħhom.

Parkeġġ għall-viżitaturi

Il-viżitaturi tal-Parlament Ewropew fi Brussell issa jistgħu jħallu l-karozza tagħhom fil-parkeġġ, billi jibagħtu  l-formola rilevanti mill-inqas ġurnata tax-xogħol qabel iż-żjara.

SOCIAL MEDIA
 
 

Il-ġestjoni tal-cookies fis-sit tal-Parlament Ewropew

Dan is-sit juża l-cookies. Jekk taċċetta l-cookies, l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek tkun waħda ottimali.

Aċċetta Irrifjuta Aċċetta