skip to content

Żur il-Parlament Ewropew

Ejja u ħu sehem int ukoll!
 

Il-Parlament Ewropew huwa bbażat fi Strasburgu, fil-Lussemburgu u fi Brussell. Il-biċċa l-kbira tas-sessjonijiet plenarji jsiru fi Strasburgu, għalkemm l-uffiċċji ewlenin tal-Membri tal-Parlament Ewropew qegħdin fi Brussell, filwaqt li l-Lussemburgu jospita partijiet mill-amministrazzjoni.

Żjara l-Parlament Ewropew hija mod tajjeb ħafna biex issir taf dwar il-ħidma tiegħu bħala l-vuċi taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, u dwar l-impatt li jagħmel kemm fl-Ewropa kif ukoll madwar id-dinja.

Hemm ħafna x'tara u x'tagħmel fi Brussell. Fost affarijiet oħra, tista'  żżur l-emiċiklu, tesplora l-Parlamentarium, tesperjenza l-Logħba tar-Rwoli jew tiskopri l-imgħoddi fit-tant mistennija Dar l-Istorja Ewropea. Dawn l-attivitajiet huma mfassla biex juru u jispjegaw kif jaħdem il-Parlament Ewropew, kif oriġina u x'jagħmel għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea. Dawn kollha huma kompletament bla ħlas, u kważi kollha huma disponibbli b'kull waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE.

Huwa wkoll possibbli li żżur l-emiċiklu fi Strasburgu, il-post fejn isiru l-biċċa l-kbira tas-sessjonijiet plenarji u fejn huwa bbażat il-programm għall-iskejjel Euroscola. Meta tkun qed iżżur il-Parlament Ewropew tkun idea tajba ħafna li żżur ukoll il-Memorjal Alsace-Moselle li jinsab fil-qrib, f'Schirmeck.

Fil-Lussemburgu tista' tiskopri l-ewwel emiċiklu mibni apposta għall-Parlament Ewropew kif ukoll bini ieħor.

 

AVVENIMENTI U WIRJIET

Skopri x'inhu jiġri fil-Parlament Ewropew!

INFITTXU S-SBUĦIJA Brussell - 08-07-2016 - 18-09-2016

Mit-8 ta' Lulju sat-18 ta' Settembru l-Parlamentarium qed jospita wirja temporanja multimedjali dwar xi tfisser għalina llum is-sbuħija, fl-Ewropa u madwar id-dinja. Aqsam il-viżjonijiet tiegħek tas-sbuħija ta' madwarek u urihom int ukoll fil-wirja!  

RITRATTI

 
SOCIAL MEDIA
 
Il-President tal-Parlament Ewropew
Kemm jekk fi Brussell, fi Strasburgu jew fil-Lussemburgu, il-Parlament Ewropew jiftaħ il-bibien tiegħu għalik u joffri bosta modi biex titgħallem aktar dwar ir-rwol u l-ħidma tiegħu.

F'kull pajjiż tal-UE, il-Parlament Ewropew imexxi wkoll Uffiċċju tal-Informazzjoni, fejn il-viżitaturi jistgħu jgħaddu, isibu informazzjoni u jistaqsu kwalunkwe mistoqsija li jista' jkollhom dwar kif jopera l-Parlament.

Iżżurna fejn iżżurna, nawguralek żjara pjaċevoli fil-Parlament Ewropew, li huwa dar komuni għal 507 miljun Ewropew!
Martin Schulz
President tal-Parlament Ewropew
 

AĠENDA

THE 28 IN YOUR PLATE

Brussell
22-06-2016

Esplanade Solidarność

SESSJONI PLENARJA MINI

Brussell
24/02/2016 - 25/02/2016
27/04/2016 - 28/04/2016
25/05/2016 - 26/05/2016
22/06/2016 - 23/06/2016
30/11/2016 - 01/12/2016
01/02/2017 - 02/02/2017
01/03/2017 - 02/03/2017
26/04/2017 - 27/04/2017
31/05/2017 - 01/06/2017
29/11/2017 - 30/11/2017

Sessjoni Plenarja Mini

SESSJONI PLENARJA

Strasburgu
18/01/2016 - 21/01/2016
01/02/2016 - 04/02/2016
07/03/2016 - 10/03/2016
11/04/2016 - 14/04/2016
09/05/2016 - 12/05/2016
06/06/2016 - 09/06/2016
04/07/2016 - 07/07/2016
12/09/2016 - 15/09/2016
03/10/2016 - 06/10/2016
24/10/2016 - 27/10/2016
21/11/2016 - 24/11/2016
12/12/2016 - 15/12/2016
16/01/2017 - 19/01/2017
13/02/2017 - 16/02/2017
13/03/2017 - 16/03/2017
03/04/2017 - 06/04/2017
15/05/2017 - 18/05/2017
12/06/2017 - 15/06/2017
03/07/2017 - 06/07/2017
11/09/2017 - 14/09/2017
02/10/2017 - 05/10/2017
23/10/2017 - 26/10/2017
13/11/2017 - 16/11/2017
11/12/2017 - 14/12/2017

Sessjoni Plenarja

Plenarja
Wirja
Oħrajn
SOCIAL MEDIA
 

KIF TASAL

Fil-paġni relattivi għal kull post tista' ssib informazzjoni dwar kif tasal għad-diversi binjiet tal-Parlament Ewropew.

FEEDBACKS

Tixtieq tibgħat feedback dwar il-verżjoni ġdida tas-sit elettroniku?

Ibgħat email
 .