Żjarat tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu

Strasburgu

 

Strasburgu huwa s-sede uffiċjali tal-Parlament Ewropew. Kull xahar, il-Membri jiltaqgħu hawnhekk biex jivvotaw u jiddibattu tul laqgħat ta' erbat ijiem magħrufa bħala sessjonijiet plenarji.

Sew jekk il-Membri jkunu qed jirrifjutaw, jemednaw jew jadottaw il-proposti, din il-ġimgħa timmarka l-qofol tal-proċess leġiżlattiv tal-UE. Nistiednu 'l-viżitaturi jattendu dawn is-sessjonijiet, u jsiru jafu aktar dwar dan il-korp rappreżentattiv permezz ta' taħdita informattiva li ddum madwar siegħa.

 

Żjarat tal-Kamra għall-gruppi u l-individwi

Nistednuk iżżur il-Kamra tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu, sew waqt kif ukoll barra l-ġimgħat imqanqla tas-sessjonijiet plenarji. Hemm ukoll għadd limitat ta' postijiet biex josservaw is-sessjonijiet plenarji. Il-viżitaturi ma jistgħux ikollhom anqas minn 14-il sena. Jistgħu jsiru żjarat ta' studenti tas-sekondarja, bħala parti mill-Euroscola.

Waqt il-ġimgħa plenarja

Iż-żjarat waqt is-sessjonijiet plenarji jsiru bil-parti l-kbira tal-lingwi uffiċjali tal-UE, u jikkonsistu fi preżentazzjoni minn uffiċjal u l-opportunità li ssegwi sessjoni plenarja. Id-dħul għal dawn iż-żjarat gwidati huwa b'xejn, imma jeħtieġlek tibbukkjahom bil-quddiem.

Kalendarju tas-sessjonijiet plenarji - ara l-ġimgħat ħomor. Minħaba li nirċievu għadd kbir ħafna ta' applikazzjonijiet, nirrakkomandaw li tapplika xahrejn sa tliet xhur bil-quddiem. Talbiet għal żjarat f'data speċifika dejjem ikunu soġġetti għad-disponibbiltà.

Barra mill-ġimgħa plenarja

Il-gruppi jistgħu wkoll iżuru l-binjiet sbieħ tal-Parlament barra s-sessjonijiet plenarji. Sfotunatament, iż-żjarat individwali mhumiex possibbli. Il-programm tal-gruppi jikkonsisti f'dawra gwidata mal-Parlament Ewropew, inkluż l-emiċiklu tal-plenarja, filmat qasir u preżentazzjoni ġenerali dwar il-Parlament minn uffiċjal. Fuq talba, jsiru wkoll taħditiet aktar dettaljati.

Iż-żjarat barra s-sessjonijiet plenarji jsiru bil-Franċiż, bl-Ingliż u bil-Ġermaniż. Iż-żjarat gwidati tagħna huma b'xejn, imma jridu jiġu bbukkjati minn qabel.

Minħabba li nirċievu għadd kbir ta' talbiet, nirrakkomandaw li tibbukkja bejn xahrejn u tliet xhur bil-quddiem. Iż-żjarat jistgħu jsiru s-sena kollha ħlief fil-btajjel uffiċjali u l-jiem tal-għeluq, imma t-talbiet għaż-żjarat fi ġranet speċifiċi dejjem ikunu soġġetti għad-disponibbiltà. Ibbukkja ż-żjara tiegħek issa.

Talbiet għal żjarat ta' gruppi iridu jsiru lil:

Parlament Ewropew

Allée du Printemps
F-67070 STRASBURGU Cedex
Franza

+33 3 88 17 51 84

 

Euroscola

Il-Parlament Ewropew jistieden lil skejjel, għalliema u studenti jieħdu sehem fil-programm Euroscola - ċans biex l-istudenti jgħaddu ġurnata fi Strasburgu u jagħmluha ta' MPE!

Euroscola tlaqqa' studenti ta' bejn 16 u 18-il sena minn kull wieħed mis-27 Stat membru tal-UE. Mill-bankijiet tal-emiċiklu tal-Parlament Ewropew, l-istudenti jingħataw opportunità unika jesperjenzaw il-mod kif jittieħdu d-deċiżjonijiet fl-UE, fil-forma ta' Parlament multilingwi Ewropew taż-Żgħażagħ. Euroscola jagħti l-okkażjoni li dawn l-istudenti jingħaqdu, jiddibattu, jieħdu pożizzjonijiet differenti, jinnegozjaw, jemendaw, jivvotaw u fl-aħħar jadottaw riżoluzzjonijiet fuq kwistjonijiet Ewropej ta' vera.

Mistoqsijiet frekwenti - Żjarat għal Strasburgu
 
Id-dħul bil-ħlas?

Le, iż-żjarat isiru b'xejn.

 
Jeħtieġli nibbukkja ż-żjara tal-grupp bil-quddiem?

Iva jeħtieġlek tibbukkja tal-anqas xahrejn jew tlieta qabel iż-żjara.

 
Hemm arranġamenti għal viżitaturi b'diżabilitajiet fiżiċi?

Iva, għandna għadd limitat ta' wheelchairs disponibbli. Jekk jogħġbok ikkuntattjana bl-email jew billi ċċempel +32 2 284 4777

 
Nista' nidħol u nsegwi d-dibattitu fil-plenarja?

Hemm għadd ta' postijiet biex dak li jkun jattendi seduta parlamentari għal siegħa. Id-dħul mhuwiex garantit, u jiddependi fuq id-disponibbiltà dakinhar.
Biex tattendi seduta plenarja (ara l-kalendarju għad-dati tas-sessjonijiet fi Brussell):

Ejja sad-daħla tal-viżitaturi waqt is-sedutaGħar-reġistrazzjoni, jekk jogħġbok ġib miegħek passaport, karta tal-identità jewliċenzja tas-sewqan.Il-viżitaturi jridu jkollhom tal-anqas 14-il sena.

 
Il-klieb tal-persuni neqsin mid-dawl jitħallew jidħlu?

Iva. Il-Parlament Ewropew huwa miftuħ għall-viżitaturi kollha, inklużi dawk bi ħtiġijiet speċjali.

 
Nista' niġbed ritratti fl-ispazju tal-viżitaturi?

Iva, il-viżitaturi jistgħu jiġbdu r-ritratti u jiffilmjaw. Waqt il-laqgħat, ritratti mhumiex permessi fil-gallerija tal-plenarja.

 
Nistgħu niltaqgħu mal-MPE tagħna?

Il-mexxejja tal-gruppi jistgħu jitolbu li ssir laqgħa qasira mal-MPE tagħhom, skont l-aġenda tal-Membru. Jekk jogħġbok

 
It-tfal jitħallew jidħlu?

Dawk li jieħdu sehem fi żjarat tal-gruppi m'għandux ikollhom anqas minn 14-il sena.

 
Hemm kontrolli tas-sigurtà?

Iva, il-bagalji tiegħek jiġu kkontrollati u inti trid tgħaddi minn skanner tal-metalli. Il-kontrolli jixbhu dawk li jsiru fl-ajruporti.

 
Kemm għandi nippjana ħin għaż-żjara?

Iż-żjarat tal-gruppi jdumu bejn siegħa u sagħtejn.

 
Insib nixtri souvenirs?

Iva, mill-ħanut fl-ispazju tal-viżitaturi li lifta waqt is-sessjonijiet plenarji

 
Hemm fejn niekol?

Iva, il-gruppi fi Strasburgu jistgħu jibbukkjaw ikla fir-ristorant tal-viżitaturi. L-għadd ta' postijiet jiddependi fuq id-disponibbiltà, u allura jaqbillek tirriserva bil-quddiem sewwa fl-indirizz:

restauration-reservations-bruxelles@ext.europarl.europa.eu

Fi Strasburgu, ir-ristorant tal-viżitaurijinsab faċċata tas-swali tal-laqgħat fl-ispazju R tal-binja (livell -1), u hemm ukoll kafetterija (livell 0 - spazju H).

 
Nista' nagħmel iż-żjara bil-lingwa tiegħi stess?

Iva, il-Parlament Ewropew joffri ż-żjarat b'kull waħda mit-23 lingwa uffiċjali tal-UE waqt is-sessjonijiet plenarji. Barra mis-sessjonijiet iż-żjarat isiru bl-Ingliż, Franċiż u Ġermaniz.

 
Hemm cloakroom?

Iva, għall-kowtijiet u l-bagalji. Fi Strasburgu, il-cloakroom ewlenija tinsab fid-daħla tal-viżitaturi, immedjatament wara l-istazzjon tas-sigurtà. Fis-sessjonijiet plenarji, hemm cloakroom oħra (taħt l-emiċiklu). It-tnejn huma supervizzati.

 
Hemm parkeġġ tal-karozzi?

Nirrakkomandaw li tiġu bit-trasport pubbliku (hemm ftit li xejn fejn tipparkja qrib il-Parlament Ewropew).
Hemm waqfa għall-kowċijiet privati ħdejn il-binja LOW, f'Rue Lucien Febvre.

 
Nista' nipparkja u naqfel ir-rota fil-viċin b'moħħi mistrieħ?

Iva, hemm lok apposta fejn taqfel ir-rota barra. Jekk jogħġbok ġib katina eċċ. miegħek, għax ma nipprovdux l-apparat aħna stess.

 
 
Tools

Kuntatt

Parlament Ewropew

Binja Louise Weiss
Allée du Printemps
F-67070 STRASBURGU Cedex
Franza

Kif tasal

Il-Parlament Ewropew fi Strasburgu tista' tasal għalih bil-kowċ, b'tal-linja, bit-tram jew bil-ferrovija.

Bil-kowċ privata

Hemm waqfa għall-kowċijiet privati ħdejn il-binja LOW, f'Rue Lucien Febvre.

 
Bit-trasport pubbliku (CTS)

Tram linja E (direzzjoni Robertsau Bocklin) - (waqfa Parlement Européen) iwasslek preċiż quddiem il-binja LOW fejn tinsab id-daħla tal-viżitaturi.
Il-karozzi tal-linja 72, 30 (direzzjoni Robertsau) u 6 (direzzjoni Pont Phario) jmorru sal-Kunsill tal-Ewropa (waqfa Droits de l'Homme) għaxar minuti mixi bogħod mill-Parlament.

 
Bil-ferrovija

Ara s-sit tal-ferroviji Franċiżi (SNCF) SNCF

 
Bl-ajru

Iċċekkja l-iskeda tal-Ajruport ta' Strasburgu:Ajruport ta' StrasburguHemm ukoll servizz dirett bejn iċ-ċentru a' Strasburgu u l-ajruport ta' Stuttgart (il-Ġermanja) madwar 100 km fil-Lvant.

 

Viżitaturi bi ħtiġijiet speċjali

Il-faċilitajiet kollha tagħna huma adattati għalkollox għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa u għall-viżitaturi b'diżabilità fiżika. Is-swali tal-laqgħat u l-kurituri tal-PE huma mgħammra bil-lifts u r-rampi, ub'nies imħarrġa apposta: kollox huwa aċċessibbli bla problemi għal persuni bil-wheelchair. Matul iż-żjara, il-kelliema tagħna lesti jaħdmu ma' interpreti tal-lingwa tas-sinjali mqabbda mill-mexxej tal-grupp.

Qabel iż-żjara, jekk jogħġbok infurmana dwar parteċipanti bi ħtiġijiet speċjali fil-grupp tiegħek. Nagħmlu arranġamenti speċjali għal gruppi li jinkludu persuni b'diżabilità.

Jekk ikollok bżonn l-għajnuna, teżitax tibgħatilna email.

Faċilitajiet

Swali tal-laqgħat
Kafetterija
Bar
Gallerija tal-pubbliku
Ħanut tas-souvenirs
Cloakroom
Spazju għar-ritratti

Sigurtà

Tinsiex iġġib karta tal-identità jew passaport, inkella ma titħalliex tidħol fil-Parlament. Id-dokument ta' identità jiġi ċċekkjat fid-daħla, u wkoll il-basktijiet jew bagalji. Imbagħad tgħaddi minn stazzjon ta' tiftix.