Main navigation
Esperjenza l-Parlament Ewropew bħal qatt qabel. Fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi fi Brussell, sew it-tfal kif ukoll l-adulti jistgħu jitkixxfu aktar dwar l-istituzzjoni li tirrappreżentahom, b'mezzi ġodda u attraenti.
B'mod dinamiku, interattiv u multimedjali, il-viżitaturi tagħna jingħataw gwida tul l-istorja tal-vjaġġ lejn l-integrazzjoni Ewropea u dwar l-impatt ta' dan kollu fuq ħajjitna ta' kuljum. Iċ-ċentru jaħdem b'kull waħda mit-23 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u d-dħul huwa b'xejn. Il-faċilitajiet huma ddisinjati biex ikunu kompletament aċċessibbli għall-persuni bi ħtiġijiet speċjali.
Skrin diġitali b'dawra ta' 360 grad idaħħal lill-viżitatur fil-qalba tal-azzjoni tal-Parlament Ewropew. Hemm naraw in-nies li qegħdin fil-qofol tal-azzjoni, il-Membri tal-Parlament. Skrins touchscreen iħallinu niskopru aktar dwar il-MPE, ir-rappreżentanti demokratikament eletti tagħna.
Nagħmlu vjaġġ virtwali fl-Ewropa, u nsirunafu x'kontribuzzjoni għamlet l-Unjoni Ewropea f'kull pajjiż li ngħaddu minnu. Nisimgħu wkoll lil Ewropej sħabna minn dawn il-pajjiżi jgħidulna xi tfisser l-Unjoni għalihom.
Il-mina tal-ilħna ddaħħalna fil-wirt multilingwi tal-Ewropa, u mudelli 3D li jistgħu jintmessu jħalluna nesploraw il-Parlament Ewropew fit-tliet postijiet tax-xogħoll tiegħu - Brussell, Strasburgu u l-Lussemburgu.
Multimedia produced by the Intranet Services Unit, DG ITEC, European Parliament
Fost il-karatteristiki uniċi taċ-Ċentru, hemm il-fatt li jaħdem b'kull waħda mit-23 lingwa uffiċjali tal-UE. Dan huwa possibbli bl-użu ta' gwidi multimedjali żgħar li jinżammu fl-id u li jħalluk tagħżel il-lingwa li tippreferi.
Dawn il-gwidi multimedjali juru informazzjoni u filmati qosra f'kull stadju taż-żjara. Kull gwida tista' tiġi adattata għat-tfal, u hemm ukoll softwer tat-titjib tal-ħoss għall-viżitaturi neqsin mis-smigħ. F'kull livell issib uffiċjali tagħna li huma lesti jgħinuk meta jkollok bżonn assistenza.
Iċ-Ċentru huwa maħsub għal viżitaturi ta' kull età. Inħolqu kontenuti speċjali għat-tfal ta' bejn 8 snin u 14-il sena, u kull stadju taż-żjara jieħu ħsieb it-tfal, li jirċievu gwida medjatika apposta għalihom, bla ħlas.
Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi jieħu ħsieb il-persuni bi ħtiġijiet speċjali.
Għall-viżitaturi b'mobbiltà mnaqqsa, iċ-Ċentru joffri aċċess sħiħ bil-wheelchair. L-uffiċjali taċ-Ċentru huma lesti jgħinu f'kull mument, u hemm għadd limitat ta' wheelchairs. Jekk għandek bżonn wheelchair, nitolbuk tgħarrafna b'hekk tal-anqas ġurnata minn qabel, billi tibgħatilna email fl-indirizz:
jew billi ċċempel.
Għall-viżitaturi neqsin mid-dawl, iċ-Ċentru jipprovdi gwidi multimedjali b'fajls awdjo speċjali li jiddeskrivu l-ispazji, il-kontenuti u l-karatteristiċi ewlenin. Biex jiggwidawk fiċ-Ċentru, hemm mapep tal-Braille bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż. Hemm ukoll tastaturi tal-Braille f'żewġ postijiet fiċ-Ċentru. Il-klieb ta' gwida għall-persuni neqsin mid-dawl jitħallew jidħlu fiċ-Ċentru.
Għall-viżitaturi neqsin mis-smigħ, il-gwidi multimedjali għandhom vidjos bil-lingwa tas-sinjali bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż. Hemm ukoll dawra speċjali ta' siegħa għall-viżitaturi neqsin mis-smigħ. Iċ-Ċentru huwa mgħammar ukoll bl-"induction loops".
Il-Parlament Ewropew huwa impenjat li l-ħin kollu jtejjeb l-aċċess għan-nies bi ħtiġijiet speċjali. Jekk għandek xi suġġermenti, nitolbuk tikuntattjana:
The Parlamentarium Visitor Centre hosts events and exhibitions.
You are invited to explore the richness of Europe through exhibitions on the theme of united in diversity. Panel discussions, book fairs and presentations will also be held in our multifunctional suite.
Le, iż-żjajjar isiru b'xejn.
Le, m'hemmx għalfejn tibbukkja bil-quddiem. Tista' tiġi f'kull ħin waqt il-ħinijiet tal-ftuħ
Iva. Jisru żjarat gwidati bl-awdjo fil-kamra plenarja mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-10 ta' filgħodu u t-3 ta' waranofsinhar, mhux waqt is-sessjoni plenarja. Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi miftuħ kuljum, inklużi s-Sibtijiet u l-Ħdud. Biex tidħol fil-kamra plenarja, ikun hemm bżonn turi dokument ta' identifikazzjoni (Karta tal-identita', passaport jew liċenzja tas-sewqan) fil-Kamra
Iva, imma jekk jogħġbok għidilna min qabel jekk il-grupp tiegħek fih aktar minn 40 membru, biex niżguraw li jkollkom biżżejjed gwidi multimedjali. Ibagħtilna email fl-indirizz:
parlamentarium@europarl.europa.euIva. Hemm logħba tar-rwoli li tħalli lill-parteċipanti jduqu x'jiġifieri tkun Membru tal-Parlament Ewropew għal ġurnata. Għal aktar tagħrif, jekk jogħġbok ara s-sezzjoni dwar il-logħba tar-rwoli.
Iva. Iċ-Ċentru ddisinjat b'tali mod li jiżgura aċċess tajjeb bil-wheelchair. Jekk ikollok bżonn wheelchair, nitolbuk tibagħtilna email fl-indirizz:
parlamentarium@europarl.europa.eujew ċemplilna.
Iva, il-klieb ta' gwida huma permessi fiċ-Ċentru.
Iva. Il-gwidi multimedjali huma mgħammra b'vidjos tal-lingwa tas-sinjali bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Olandiż. Hemm ukoll żjara speċjali ta' siegħa għall-persuni neqsin mis-smigħ. Iċ-Ċentru mgħammar ukoll bl-"induction loops".
Iva, il-parlamentarium jaħseb għall-viżitaturi bi tfal żgħar. Għal aktar tagħrif, ara s-sezzjoni "Merħba lill-familji".
Iva. Għat-tfal bejn 8 snin u 14-il sena, hemm żjajjar speċjali li jdumu madwar siegħa. F'kull sezzjoni tal-parlamentariumhemm xi ħaġa maħsuba għat-tfal speċifikament. Iddisinjajna applikazzjonijiet interattivi apposta għalihom.
Iva
Le
Le
Iva, il-viżitaturi kollha jintalbu jgħaddu l-basktijiet u l-bagalji tagħhom minn skanner, u jgħaddu huma stess minn bieb manjetiku (bħal f'ajruport).
Nirrakkomandaw li tqatta' tal-anqas siegħa ħin fiċ-Ċentru.
Hemm ħanut tas-souvenirs fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi, bl-istess ħinijiet tal-ftuħ taċ-Ċentru nnifsu.
Iva, fil-parlamentarium hemm kaffetterija fejn jinbigħu l-ikel u x-xorb.
Iva, iċ-Ċentru jiftaħ kuljum.
It-Tnejn 13:00 - 18:00
It-Tlieta, l-Erbgħa 09:00 - 20:00
Il-Ħamis, il-Ġimgħa 09:00 - 18:00
Is-Sibt, il-Ħadd 10:00 - 17:00
Il-parlamentarium jiftaħ is-sena kollha, għajr f'dawn id-dati: l-1 ta' Jannar, l-1 ta' Mejju, l-1 ta' Novembru u l-24, il-25 u l-31 ta' Diċembru.
L-informazzjoni kollha disponibbli b'kull waħda mit-23 lingwa uffiċjali tal-UE. Din hija waħda mill-karatteristiki uniċi tal-parlamentarium.
Le, minflok hemm gwidi multimedjali li ġġorrhom miegħek u juru informazzjoni u filmati qosra f'kull stadju taż-żjara tiegħek.
Iva, hemm cloakroom għall-kowtijiet u l-bagalji.
Nirrakkomandaw ħafna l-użu tat-trasport pubbliku, għax ftit li xejn issib fejn tipparkjaqrib il-Parlament Ewropew
Għall-coaches hemm żona fejn jistgħu jniżżlu l-passiġġieri f'salib it-toroq (rue de Trèves u rue Montoyer).
Iva, hemm lok apposta fejn torbot ir-rota barra ċ-Ċentru tal-Viżitaturi. Jekk jogħġbok ġib katina eċċ. miegħek, għax ma nipprovdux l-apparat aħna stess.
Parlament Ewropew
Rue Wiertz 60
Binja Willy Brandt
Parlamentarium - iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew1047-Brussels
Belġju
l-1 ta' Jannar
l-1 ta' Mejju
l-1 ta' Novembru
l-24, il-25 u l-31 ta' Diċembru.
Id-dħul b'xejn
Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi jintlaħaq b'tal-linja, bil-metro u bil-ferrovija. Tista' wkoll timxi miċ-ċentru tal-belt sad-distrett Ewropew. Nirrakkomandaw bil-qawwa t-trasport pubbliku, għax ftit li xejn issib tipparkja ħdejn il-Parlament Ewropew.
It-tliet stazzjonijiet prinċipali ta' Brussell - Zuid/Midi, Centraal/Central u Noord/Nord - ilkoll konnessi mal-istazzjon Bruxelles-Luxembourg, li huwa biss 200 metru bogħod miċ-Ċentru tal-Viżitaturi.SNCB
Is-Société des Transports Intercommunaux de Bruxelles (STIB) hija l-operatur ewlieni tat-trasport fi Brussell. Trams, karozzi tal-linja u metros tal-STIB jiffurmaw netwerk integrat u tista' taqleb minn mezz għall-ieħor billi tuża l-istess biljett. STIBTal-linja
Il-linji 27 u 38 jgħaqqdu miċ-ċentru tal-belt lejn Place Luxembourg
Il-linji 12 u 21 jgħaqqdu l-ajruport ma' Place Luxembourg.
Metro
Linji 1 u 5 lejn Maelbeek u Schuman (10 minuti mixi sal-Parlament)
Linji 2 u 6 lejn Trône (7 minuti mixi sal-Parlament)
Kafetterija
Ħanut tas-souvenirs
Cloakroom u postijiet fejn taqfel ħwejġek
Spazju fejn isiru wirjiet
Ċentru ta' riżorsi
Skopri aktar dwar x'għandu x'joffri ċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew.
M'għandek bżonn l-ebda dokument tal-identità biex tidħol fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi. Kif tasal, tgħaddi minn kontroll tas-sigurtà fejn il-bagalji tiegħek jingħaddu minn skanner.