skip to content
Il-Parlament Ewropew, Votazzjoni fl-Emiċiklu Żur il-kamra plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu. Skopri fejn jivvotaw il-Membri tal-PE u fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.  
 

L-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew

Il-qalba tad-demokrazija Ewropea
 

Strasburgu jospita s-sede uffiċjali tal-Parlament Ewropew. Żjara fl-Emiċiklu hija mod tajjeb ħafna biex tassorbi l-atmosfera eċċitanti tal-akbar parlament transnazzjonali tad-dinja u biex issir taf dwar is-setgħat u r-rwol tiegħu.

L-Emiċiklu jesa' s-751 Membru kollha tal-Parlament Ewropew. Matul is-sessjonijiet plenarji jintuża għall-ikbar dibattiti u d-dibattiti l-iktar importanti tal-Parlament, u huwa l-post li fih isiru ħafna votazzjonijiet storiċi. Is-sessjonijiet plenarji huma interpretati fl-24 lingwa uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea. Iż-żjarat huma organizzati kemm għall-individwi kif ukoll għall-gruppi bla ħlas.

 

VIŻITATURI INDIVIDWALI

Il-Parlament Ewropew, Viżitaturi fl-EmiċikluŻur il-kamra plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu. Skopri fejn jivvotaw il-Membri tal-PE u fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.  

MATUL IL-ĠIMGĦAT TAL-PLENARJA

Matul is-sessjonijiet plenarji, numru limitat ta' postijiet huma disponibbli għal viżitaturi individwali li jixtiequ jsegwu s-sessjoni għal siegħa. Id-dħul jiddependi mid-disponibbiltà ta' postijiet. Jinħtieġ dokument tal-identità, u l-viżitaturi jrid ikollhom tal-anqas 14-il sena.

Biex tattendi sessjoni plenarja, ejja fl-entratura tal-viżitaturi (Louise Weiss Nru 2) f'dawn il-ħinijiet:

It-Tnejn: 17.00 − 18.00
It-Tlieta u l-Erbgħa: 9.00 − 12.00 u 15.00 − 18.00
Il-Ħamis: 10.00 − 12.00

Iċċekkja l-kalendarju fuq il-lemin għad-dati tas-sessjonijiet plenarji.

BARRA L-ĠIMGĦAT TAL-PLENARJA

Mhuwiex possibbli għall-individwi li jżuru l-Parlament Ewropew fi Strasburgu barra l-ġimgħat tal-plenarja.

Fuq bażi eċċezzjonali, għandna disponibbli ħinijiet speċjali għal viżitaturi individwali matul ix-xhur ta' Lulju u Awwissu, bi prenotazzjoni minn qabel.

Aktar informazzjoni
 

GRUPPI

 .
Il-Parlament Ewropew, Ġewwa l-EmiċikluŻur il-kamra plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu. Skopri fejn jivvotaw il-Membri tal-PE u fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.  

Gruppi ta' bejn 10 u 50 persuna (gruppi akbar jistgħu jiġu aċċettati fuq talba) jistgħu jżuru l-Parlament Ewropew fi Strasburgu kemm matul il-ġimgħat kif ukoll barra l-ġimgħat tal-plenarja. Il-viżitaturi jrid ikollhom tal-anqas 14-il sena, għalkemm it-tfal taħt l-14-il sena jistgħu jżuru b'awtorizzazzjoni minn qabel.

MATUL IL-ĠIMGĦAT TAL-PLENARJA

Iż-żjarat matul il-ġimgħat tal-plenarja jdumu madwar sagħtejn u nofs. Jikkonsistu minn tgħarrif minn membru tal-persunal dwar ir-rwol u s-setgħat tal-Parlament Ewropew, sessjoni ta' mistoqsijiet u tweġibiet u żjara ta' siegħa fil-gallerija tal-Emiċiklu wara s-sessjoni plenarja.

Iż-Żjajjar isiru bl-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jseħħu bejn it-Tnejn wara nofsinhar u l-Ħamis filgħodu.

Iċċekkja l-kalendarju fuq il-lemin għad-dati tas-sessjonijiet plenarji.

Prenotazzjoni u talbiet

Minħabba d-domanda kbira li għandna, jekk jogħġbok applika biex għaż-żjara minn 2 sa 3 xhur qabel. Navżawk li l-bookings jinżammu skont id-disponibiltà tal-kmamar u l-kelliema. Il-group leaders jistgħu jibbukjaw żjara billi jimlew online request form.

Iż-żjarat matul il-ġimgħat tal-plenarja jsiru mit-Tnejn waranofsinhar sal-Ħamis filgħodu. Il-mexxejja tal-gruppi jistgħu jibbukkjaw żjara billi jimlew il-formola tat-talba online.

BARRA L-ĠIMGĦAT TAL-PLENARJA

Il-Parlament Ewropew, Żjara fi GruppŻur il-kamra plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu. Skopri fejn jivvotaw il-Membri tal-PE u fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.  

Iż-żjarat barra l-ġimgħat tal-plenarja jdumu madwar siegħa u nofs u jikkonsistu minn żjara ggwidata tal-Parlament Ewropew, inkluża żjara fil-gallerija pubblika tal-Emiċiklu, u preżentazzjoni ġenerali dwar ir-rwol u l-ħidma tal-Parlament Ewropew. Diskors approfondit li jipprovdi aktar informazzjoni huwa disponibbli wkoll fuq talba.

Iż-żjarat barra s-sessjonijiet plenarji normalment isiru bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż. It-Taljan u l-Ispanjol jistgħu jkunu disponibbli wkoll.

Prenotazzjoni u talbiet

Minħabba domanda għolja, jekk jogħġbok applika għal żjara bejn tliet xhur u ħames xhur bil-quddiem. Jekk jogħġbok innota li l-prenotazzjonijiet dejjem ikunu soġġetti għad-disponibbiltà ta' kmamar u kelliema.

Iż-żjarat barra l-ġimgħat tal-plenarja jsiru mit-Tnejn sal-Ġimgħa filgħodu. Jekk jogħġbok innota li l-Parlament Ewropew ikun magħluq fil-weekends u fil-ġranet meta l-uffiċċji jagħlqu u l-festi pubbliċi.

It-talbiet iridu jinkludu:

- l-isem u l-kunjom tal-mexxej tal-grupp (Is-Sur / Is-Sa)
- l-isem u l-indirizz postali sħiħ tal-grupp
- in-numru tal-mobile tal-mexxej tal-grupp
- id-data/i preferuta/i taż-żjara
- l-għadd ta' parteċipanti (inklużi l-akkumpanjaturi)
- il-kategorija tal-età jew soċjali tal-parteċipanti (pereżempju studenti, adulti, organizzazzjoni professjonali, eċċ.)
- l-għadd ta' tfal taħt l-età ta' 14-il sena
- il-lingwa preferuta għaż-żjara
- l-interessi speċifiċi tal-grupp
- bżonnijiet speċjali (pereżempju persuni b'mobbiltà ridotta)
- kwalunkwe tagħrif ieħor siewi biex it-talba tiġi pproċessata rapidament u b'mod effikaċi

L-organizzaturi ta' gruppi għandhom jibagħtu talbiet f'dawn l-indirizzi tal-email:

- għal gruppi li ġejjin minn Franza

Ibgħat email

- għal gruppi li ġejjin mill-Ġermanja

Ibgħat email

- għal kwalunkwe grupp ieħor

Ibgħat email
 .
 

INFORMAZZJONI PRATTIKA

Wi-fi pubbliku

European Parliament -  Amenities

Il-wi-fi tal-Parlament Ewropew huwa disponibbli għall-pubbliku. Id-dettalji tal-login issibhom esposti fiż-żoni tal-viżitaturi kollha.

Sigurtà

Dokument validu ta' identità (ID card jew passaport) huma meħtieġa biex tidħol fil-bini tal-Parlament Ewropew.

Il-viżitaturi u l-basktijiet kollha jista' jsirilhom kontrolli tas-sigurtà bħalma jsiru fl-ajruporti qabel ma jitħallew jidħlu. L-armi tan-nar, is-sustanzi splussivi jew fjammabbli, l-isprays tal-bżar, oġġetti li jaqtgħu u oġġetti oħra li jistgħu jitqiesu bħala armi huma pprojbiti. Skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali Franċiża, ċerti oġġetti pprojbiti jistgħu jingħataw lill-pulizija.

Ir-ritratti u l-iffilmjar huma permessi fiż-żona tal-viżitaturi, iżda huma pprojbiti fiż-żona tas-sigurtà u fil-gallerija tal-emiċiklu waqt is-sessjonijiet plenarji.

 

Viżitaturi bi bżonnijiet speċjali

Il-Parlament Ewropew huwa impenjat li jtejjeb kostantement l-aċċess għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Il-faċilitajiet u l-attivitajiet kollha tagħna huma kompletament aċċessibbli għall-viżitaturi b'mobilità mnaqqsa u bi bżonnijiet speċjali, inklużi l-persuni li jużaw siġġu tar-roti.

Matul iż-żjarat, il-persunal tagħna lest li jaħdem mal-interpreti tal-lingwa tas-sinjali. Hija r-responsabbiltà tal-mexxejja tal-gruppi li jaħsbu għas-servizzi ta' tali interpreti.

Jekk għandek bżonn assistenza speċjali, jekk jogħġbok avżana bil-quddiem.
 

Faċilitajiet għall-viżitaturi

Kafetterija b'xarbiet rinfreskanti u snacks tajbin u ħanut tar-rigali, li t-tnejn jinsabu fiż-żona tal-viżitaturi, huma miftuħa biss matul il-ġimgħat tal-plenarja. Il-canteen tal-viżitaturi huwa disponibbli għall-gruppi fuq prenotazzjoni.

Cloakroom, li tinsab fl-entratura tal-viżitaturi eżatt wara l-kontroll tas-sigurtà, tkun disponibbli biss matul is-sessjonijiet plenarji.

 

AĠENDA

SESSJONI PLENARJA

Strasburgu
Mon Jan 18 00:00:00 CET 2016 - Thu Jan 21 23:59:59 CET 2016
Mon Feb 01 00:00:00 CET 2016 - Thu Feb 04 23:59:59 CET 2016
Mon Mar 07 00:00:00 CET 2016 - Thu Mar 10 23:59:59 CET 2016
Mon Apr 11 00:00:00 CEST 2016 - Thu Apr 14 23:59:59 CEST 2016
Mon May 09 00:00:00 CEST 2016 - Thu May 12 23:59:59 CEST 2016
Mon Jun 06 00:00:00 CEST 2016 - Thu Jun 09 23:59:59 CEST 2016
Mon Jul 04 00:00:00 CEST 2016 - Thu Jul 07 23:59:59 CEST 2016
Mon Sep 12 00:00:00 CEST 2016 - Thu Sep 15 23:59:59 CEST 2016
Mon Oct 03 00:00:00 CEST 2016 - Thu Oct 06 23:59:59 CEST 2016
Mon Oct 24 00:00:00 CEST 2016 - Thu Oct 27 23:59:59 CEST 2016
Mon Nov 21 00:00:00 CET 2016 - Thu Nov 24 23:59:59 CET 2016
Mon Dec 12 00:00:00 CET 2016 - Thu Dec 15 23:59:59 CET 2016
Mon Jan 16 00:00:00 CET 2017 - Thu Jan 19 23:59:59 CET 2017
Mon Feb 13 00:00:00 CET 2017 - Thu Feb 16 23:59:59 CET 2017
Mon Mar 13 00:00:00 CET 2017 - Thu Mar 16 23:59:59 CET 2017
Mon Apr 03 00:00:00 CEST 2017 - Thu Apr 06 23:59:59 CEST 2017
Mon May 15 00:00:00 CEST 2017 - Thu May 18 23:59:59 CEST 2017
Mon Jun 12 00:00:00 CEST 2017 - Thu Jun 15 23:59:59 CEST 2017
Mon Jul 03 00:00:00 CEST 2017 - Thu Jul 06 23:59:59 CEST 2017
Mon Sep 11 00:00:00 CEST 2017 - Thu Sep 14 23:59:59 CEST 2017
Mon Oct 02 00:00:00 CEST 2017 - Thu Oct 05 23:59:59 CEST 2017
Mon Oct 23 00:00:00 CEST 2017 - Thu Oct 26 23:59:59 CEST 2017
Mon Nov 13 00:00:00 CET 2017 - Thu Nov 16 23:59:59 CET 2017
Mon Dec 11 00:00:00 CET 2017 - Thu Dec 14 23:59:59 CET 2017
Mon Jan 15 00:00:00 CET 2018 - Thu Jan 18 23:59:59 CET 2018
Mon Feb 05 00:00:00 CET 2018 - Thu Feb 08 23:59:59 CET 2018
Mon Mar 12 00:00:00 CET 2018 - Thu Mar 15 23:59:59 CET 2018
Mon Apr 16 00:00:00 CEST 2018 - Thu Apr 19 23:59:59 CEST 2018
Mon May 28 00:00:00 CEST 2018 - Thu May 31 23:59:59 CEST 2018
Mon Jun 11 00:00:00 CEST 2018 - Thu Jun 14 23:59:59 CEST 2018

Sessjoni Plenarja

Plenarja
Wirja
Oħrajn

KIF TASAL

PARLAMENT EWROPEW
Entratura Louise Weiss Nru 2
1, Allée du Printemps
F-67070 Strasbourg cedex

                  

Ferrovija

Jekk jogħġbok ikkonsulta l-website tal-SNCF (ferrovija Franċiża).

SNCF

Tal-linja

Numri 6, 30 u 72: Waqfa "Droits de l'Homme" (10 minuti mixi mill-Parlament)

 

Tram

Linja E tat-tram: Waqfa "Parlement Européen"

It-trasport pubbliku fi Strasburgu

KUNTATTI

Għandek mistoqsija jew kumment? Ibagħtilna email!Għandek mistoqsija jew kumment? Ibagħtilna email!

Ibgħat email

PRENOTAZZJONI U DĦUL

Id-dħul huwa b'xejn.

Jekk jogħġbok irreferi għal kull taqsima tal-paġna għall-proċeduri speċifiċi għal kull tip ta' żjara.

SOCIAL MEDIA