Broken relationships 
Broken relationships

Mis-16 ta' Ġunju, il-Parlamentarium se jilqa' għal esebizzjoni temporanja, waħda mill-wirjiet li l-aktar li ġejjin mill-qalb fl-Ewropa u fid-dinja, il-Mużew tar-Relazzjonijiet li ma rnexxewx. Fl-2006, koppja kroata nehdiet din il-wirja ta' arti wara li l-imħabba tagħhom spiċċat fix-xejn. Illum il-ġurnata din il-wirja saret sensazzjoni internazzjonali, esebita f'diversi pajjiżi fosthom Pariġi, Londra, Singapore u l-Belt tal-Messiku. Mill-2006 'l hawn aktar oġġetti ġew miżjuda ma' din il-wirja, kollha jirrakuntaw storja ta' qsim il-qalb. Saret talba sabiex jinġabru oġġetti mill-Belġju. Ir-rispons għal din is-sejħa, li damet għaddejja xahar sħiħ, kien wieħed kbir, hekk li nġabru aktar minn 50 oġġett differenti. Dawn l-oġġetti se jkunu esebiti ġewwa l-Parlamentarium, flimkien ma' 50 oġġett ieħor offruti minn diversi persuni b'qalbhom maqsuma minn madwar id-dinja. Dawn kienu kollha esebiti f'wirjiet preċedenti. Dawn l-oġġetti huma xhieda ta' qsim il-qalb, kollha jirrankuntaw l-istorja tagħhom, iżda kollha magħquda fil-ħsieb u l-lingwa komuni ta' telf u imħabba. Kull kollezzjoni tirrifletti b'mod wiesgħa r-realtà soċjali, kulturali, politika u storika tal-pajjiż li fih ikunu ġew miġbura, b'hekk effettivament tirrakonta l-istorja ta' qsim il-qalb tal-pajjiż mill-perspettiva tal-poplu. L-esebizzjoni Kroata tinkludi varjetà wiesgħa ta' oġġetti li jirrappreżentaw relazzjonijiet li fallew matul il-miżerji tal-gwerra.
Rebbieħ tal-Premju Kenneth-Hudson 2011 għall-mużew l-aktar innovattiv fl-Ewropa, il-Mużew tar-Relazzjonijiet li ma rnexxewx joffri esebizzjoni li żgur m'għandekx titlef. Din il-wirja ġewwa l-Parlamentarium se tkun miftuħa għall-pubbliku sax-xahar t'Ottubru.

 

Parlamentarium: Iċ-ċentru tal-viżitaturi tal-PE

Parlamentarium

Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew

Esperjenza l-Parlament Ewropew bħal qatt qabel. Fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi fi Brussell, sew it-tfal kif ukoll l-adulti jistgħu jitkixxfu aktar dwar l-istituzzjoni li tirrappreżentahom, b'mezzi ġodda u attraenti.

B'mod dinamiku, interattiv u multimedjali, il-viżitaturi tagħna jingħataw gwida tul l-istorja tal-vjaġġ lejn l-integrazzjoni Ewropea u dwar l-impatt ta' dan kollu fuq ħajjitna ta' kuljum. Iċ-ċentru jaħdem b'kull waħda mit-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u d-dħul huwa b'xejn. Il-faċilitajiet huma ddisinjati biex ikunu kompletament aċċessibbli għall-persuni bi ħtiġijiet speċjali.

Skopri l-faċilitajiet

Skrin diġitali b'dawra ta' 360 grad idaħħal lill-viżitatur fil-qalba tal-azzjoni tal-Parlament Ewropew. Hemm naraw in-nies li qegħdin fil-qofol tal-azzjoni, il-Membri tal-Parlament. Skrins touchscreen iħallinu niskopru aktar dwar il-MPE, ir-rappreżentanti demokratikament eletti tagħna.

Nagħmlu vjaġġ virtwali fl-Ewropa, u nsirunafu x'kontribuzzjoni għamlet l-Unjoni Ewropea f'kull pajjiż li ngħaddu minnu. Nisimgħu wkoll lil Ewropej sħabna minn dawn il-pajjiżi jgħidulna xi tfisser l-Unjoni għalihom.

Il-mina tal-ilħna ddaħħalna fil-wirt multilingwi tal-Ewropa, u mudelli 3D li jistgħu jintmessu jħalluna nesploraw il-Parlament Ewropew fit-tliet postijiet tax-xogħoll tiegħu - Brussell, Strasburgu u l-Lussemburgu.

 

Żjara virtwali

"L-istorja"

Virtual visit of "History area" 
Virtual visit of "History area"

"Magħquda fid-diversità"

Virtual visit of "United in Diversity" 
Virtual visit of "United in Diversity"

Multimedia produced by the Intranet Services Unit, DG ITEC, European Parliament

 

Aktar dwarna

Nitkellmu bil-lingwa tiegħek

Fost il-karatteristiki uniċi taċ-Ċentru, hemm il-fatt li jaħdem b'kull waħda mit-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Dan huwa possibbli bl-użu ta' gwidi multimedjali żgħar li jinżammu fl-id u li jħalluk tagħżel il-lingwa li tippreferi.

Dawn il-gwidi multimedjali juru informazzjoni u filmati qosra f'kull stadju taż-żjara. Kull gwida tista' tiġi adattata għat-tfal, u hemm ukoll softwer tat-titjib tal-ħoss għall-viżitaturi neqsin mis-smigħ. F'kull livell issib uffiċjali tagħna li huma lesti jgħinuk meta jkollok bżonn assistenza.

 

Merħba bil-familji

Iċ-Ċentru huwa maħsub għal viżitaturi ta' kull età. Inħolqu kontenuti speċjali għat-tfal ta' bejn 8 snin u 14-il sena, u kull stadju taż-żjara jieħu ħsieb it-tfal, li jirċievu gwida medjatika apposta għalihom, bla ħlas.

 

L-aċċessibbiltà għal qalbna

Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi jieħu ħsieb il-persuni bi ħtiġijiet speċjali.

Għall-viżitaturi b'mobbiltà mnaqqsa, iċ-Ċentru joffri aċċess sħiħ bil-wheelchair. L-uffiċjali taċ-Ċentru huma lesti jgħinu f'kull mument, u hemm għadd limitat ta' wheelchairs. Jekk għandek bżonn wheelchair, nitolbuk tgħarrafna b'hekk tal-anqas ġurnata minn qabel, billi tibgħatilna email fl-indirizz:

jew billi ċċempel.

Għall-viżitaturi neqsin mid-dawl, iċ-Ċentru jipprovdi gwidi multimedjali b'fajls awdjo speċjali li jiddeskrivu l-ispazji, il-kontenuti u l-karatteristiċi ewlenin. Biex jiggwidawk fiċ-Ċentru, hemm mapep tal-Braille bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż. Hemm ukoll tastaturi tal-Braille f'żewġ postijiet fiċ-Ċentru. Il-klieb ta' gwida għall-persuni neqsin mid-dawl jitħallew jidħlu fiċ-Ċentru.

Għall-viżitaturi neqsin mis-smigħ, il-gwidi multimedjali għandhom vidjos bil-lingwa tas-sinjali bl-Olandiż (NGT), bl-Ingliż (BSL), bil-Franċiż (LSF) u bil-Ġermaniż (DGS). Hemm ukoll dawra speċjali ta' siegħa għall-viżitaturi neqsin mis-smigħ. Iċ-Ċentru huwa mgħammar ukoll bl-"induction loops".

Il-Parlament Ewropew huwa impenjat li l-ħin kollu jtejjeb l-aċċess għan-nies bi ħtiġijiet speċjali. Jekk għandek xi suġġermenti, nitolbuk tikuntattjana:

 

Exhibitions and Events

We speak your language

The Parlamentarium Visitor Centre hosts events and exhibitions.

You are invited to explore the richness of Europe through exhibitions on the theme of united in diversity. Panel discussions, book fairs and presentations will also be held in our multifunctional suite.

Mistoqsijiet frekwenti - Parlamentarium
 
Id-dħul bil-ħlas?

Le, iż-żjajjar isiru b'xejn.

 
Jeħtieġli nibbukkja bil-quddiem?

Le, m'hemmx għalfejn tibbukkja bil-quddiem. Tista' tiġi f'kull ħin waqt il-ħinijiet tal-ftuħ

 
Nista' niġi ċ-Ċentru tal-Viżitaturi ma' grupp?

Iva, imma jekk jogħġbok għidilna min qabel jekk il-grupp tiegħek fih aktar minn 20 membru, biex niżguraw li jkollkom biżżejjed gwidi multimedjali. Ibagħtilna email fl-indirizz:

parlamentarium@europarl.europa.eu

 
Hemm arranġamenti speċjali għal gruppi mill-iskejjel?

Iva. Hemm logħba tar-rwoli li tħalli lill-parteċipanti jduqu x'jiġifieri tkun Membru tal-Parlament Ewropew għal ġurnata. Għal aktar tagħrif, jekk jogħġbok ara s-sezzjoni dwar il-logħba tar-rwoli.

 
Hemm arranġamenti għal viżitaturi b'diżabilitajiet fiżiċi?

Iva. Iċ-Ċentru ddisinjat b'tali mod li jiżgura aċċess tajjeb bil-wheelchair. Jekk ikollok bżonn wheelchair, nitolbuk tibagħtilna email fl-indirizz:

parlamentarium@europarl.europa.eu

jew ċemplilna.

 
Il-klieb ta' gwida għall-persuni neqsin mid-dawl jitħallew jidħlu? *

Iva, il-klieb ta' gwida huma permessi fiċ-Ċentru.

 
Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi jieħu ħsieb il-persuni neqsin mis-smigħ?

Iva. Il-gwidi multimedjali huma mgħammra b'vidjos tal-lingwa tas-sinjali bl-Ingliż (BSL), bil-Franċiż (LSF), bil-Ġermaniż (DGS) u bl-Olandiż (NGT). Hemm ukoll żjara speċjali ta' siegħa għall-persuni neqsin mis-smigħ. Iċ-Ċentru mgħammar ukoll bl-"induction loops".

 
Hemm aċċess għall-pushchairs u l-prams?

Iva, il-parlamentarium jaħseb għall-viżitaturi bi tfal żgħar. Għal aktar tagħrif, ara s-sezzjoni "Merħba lill-familji".

 
It-tfal tiegħi jieħdu gost fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi?

Iva. Għat-tfal bejn 8 snin u 14-il sena, hemm żjajjar speċjali li jdumu madwar siegħa. F'kull sezzjoni tal-parlamentariumhemm xi ħaġa maħsuba għat-tfal speċifikament. Iddisinjajna applikazzjonijiet interattivi apposta għalihom.

 
Hemm faċilitajiet għat-tibdil tat-trabi?

Iva

 
Hemm creche fejn nista' nħalli t-tfal?

Le

 
Biex nidħol fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi, hemm bżonn nuri dokument tal-identità??

Le

 
Isiru kontrolli tas-sigurtà?

Iva, il-viżitaturi kollha jintalbu jgħaddu l-basktijiet u l-bagalji tagħhom minn skanner, u jgħaddu huma stess minn bieb manjetiku (bħal f'ajruport).

 
Kemm għandi nippjana ħin għaċ-Ċentru tal-Viżitaturi?

Nirrakkomandaw li tqatta' tal-anqas siegħa ħin fiċ-Ċentru.

 
Insib nixtri souvenirs?

Hemm ħanut tas-souvenirs fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi, bl-istess ħinijiet tal-ftuħ taċ-Ċentru nnifsu.

 
Hemm fejn wieħed jiekol?

Iva, fil-parlamentarium hemm kaffetterija fejn jinbigħu l-ikel u x-xorb.

 
Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi miftuħ is-Sibtijiet u l-Ħdud?

Iva, iċ-Ċentru jiftaħ kuljum.
It-Tnejn 13:00 - 18:00
It-Tlieta, l-Erbgħa 09:00 - 18:00
Il-Ħamis, il-Ġimgħa 09:00 - 18:00
Is-Sibt, il-Ħadd 10:00 - 18:00
Il-parlamentarium jiftaħ is-sena kollha, għajr f'dawn id-dati: l-1 ta' Jannar, l-1 ta' Mejju, l-1 ta' Novembru u l-24, il-25 u l-31 ta' Diċembru.

 
B'liema lingwi jaħdem iċ-Ċentru tal-Viżitaturi?

L-informazzjoni kollha disponibbli b'kull waħda mit-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Din hija waħda mill-karatteristiki uniċi tal-parlamentarium.

 
Iċ-ċentru tal-Viżitaturi joffri żjajjar gwidati?

Le, minflok hemm gwidi multimedjali li ġġorrhom miegħek u juru informazzjoni u filmati qosra f'kull stadju taż-żjara tiegħek.

 
Hemm cloakroom?

Nipprovdu kamra fejn wieħed jista' jħalli l-kowt u loker għall-oġġetti personali, fuq depożitu ta' €5, li jingħataw lura fil-mument tat-tluq.

 
Fejn nista' nipparkja l-karozza?

Nirrakkomandaw ħafna l-użu tat-trasport pubbliku, għax ftit li xejn issib fejn tipparkjaqrib il-Parlament Ewropew
Għall-coaches hemm żona fejn jistgħu jniżżlu l-passiġġieri f'salib it-toroq (rue de Trèves u rue Montoyer).

 
Hemm xi mkien fejn nista' norbot r-rota?

Iva, hemm lok apposta fejn torbot ir-rota barra ċ-Ċentru tal-Viżitaturi. Jekk jogħġbok ġib katina eċċ. miegħek, għax ma nipprovdux l-apparat aħna stess.

 
 
Tools

Kuntatt

Parlament Ewropew

Rue Wiertz 60
Binja Willy Brandt
Parlamentarium - iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew1047-Brussels
Belġju

Ħinijiet tal-ftuħ

It-Tnejn
13:00 - 18:00
 
 
It-Tlieta
09:00 - 18:00
 
 
L-Erbgħa
09:00 - 18:00
 
 
Il-Ħamis
09:00 - 18:00
 
 
Il-Ġimgħa
09:00 - 18:00
 
 
Is-Sibt
10:00 - 18:00
 
 
Il-Ħadd
10:00 - 18:00
 
 

Il-bibien jibqgħu miftuħa sa 30 minuta qabel ħin l-għeluq.

Iċ-Ċentru jkun magħluq fid-dati li ġejjin:

l-1 ta' Jannar
l-1 ta' Mejju
l-1 ta' Novembru
l-24, il-25 u l-31 ta' Diċembru.

Id-dħul b'xejn

Kif tasal

Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi jintlaħaq b'tal-linja, bil-metro u bil-ferrovija. Tista' wkoll timxi miċ-ċentru tal-belt sad-distrett Ewropew. Nirrakkomandaw bil-qawwa t-trasport pubbliku, għax ftit li xejn issib tipparkja ħdejn il-Parlament Ewropew.

Bil-ferrovija

It-tliet stazzjonijiet prinċipali ta' Brussell - Zuid/Midi, Centraal/Central u Noord/Nord - ilkoll konnessi mal-istazzjon Bruxelles-Luxembourg, li huwa biss 200 metru bogħod miċ-Ċentru tal-Viżitaturi.SNCB

 
B'tal-linja jew bil-Metro

Is-Société des Transports Intercommunaux de Bruxelles (STIB) hija l-operatur ewlieni tat-trasport fi Brussell. Trams, karozzi tal-linja u metros tal-STIB jiffurmaw netwerk integrat u tista' taqleb minn mezz għall-ieħor billi tuża l-istess biljett. STIBTal-linja
Il-linji 27 u 38 jgħaqqdu miċ-ċentru tal-belt lejn Place Luxembourg
Il-linji 12 u 21 jgħaqqdu l-ajruport ma' Place Luxembourg.
Metro
Linji 1 u 5 lejn Maelbeek u Schuman (10 minuti mixi sal-Parlament)
Linji 2 u 6 lejn Trône (7 minuti mixi sal-Parlament)

 

Faċilitajiet

Iċ-Ċentru joffri firxa sħiħa ta' servizzi għall-viżitaturi:

Kafetterija
Ħanut tas-souvenirs
Cloakroom u postijiet fejn taqfel ħwejġek
Spazju fejn isiru wirjiet
Ċentru ta' riżorsi

Niżżel il-fuljett

Skopri aktar dwar x'għandu x'joffri ċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew.

Sigurtà

M'għandek bżonn l-ebda dokument tal-identità biex tidħol fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi. Kif tasal, tgħaddi minn kontroll tas-sigurtà fejn il-bagalji tiegħek jingħaddu minn skanner.