Ngħixu mill-ġdid l-istorja tal-Parlament Ewropew
L-Arkivji Storiċi joffru firxa ta' sorsi, artikli u studji storiċi li jippermettulek tgħix mill-ġdid l-istorja tal-integrazzjoni Ewropea u tiskopri r-rwol li żvolġa l-Parlament Ewropew f'dan il-proċess.
Il-kollezzjoni tinkludi madwar ħames miljun rekord elettroniku, li jestendu mill-1952 meta ġiet stabbilita l-Assemblea Komuni tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar – il-predeċessur tal-Parlament Ewropew – sal-leġiżlaturi parlamentari ta' dan l-aħħar.
Dawn id-dokumenti jkopru l-attivitajiet leġiżlattivi, politiċi u amministrattivi tal-istituzzjoni. Jinkludu stampi, posters u reġistrazzjonijiet awdjo li jirriflettu dak li ġara matul is-sessjonijiet plenarji, dak li kienu qed jaħdmu fuqu l-kumitati u kif il-Parlament interaġixxa mal-istituzzjonijiet Ewropej l-oħrajn.
L-aċċess għad-dokumenti hu disponibbli għal kulħadd, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Tista' titlob id-dokumenti bil-miktub jew applika għal żjara ta' studju fl-uffiċċji tagħna fil-Lussemburgu.
Għal aktar informazzjoni, żur is-sit tagħna fuq l-internet.
Contact:
-
L-arkivji tal-Parlament EwropewContact data:
-
Address:
Bâtiment Robert Schuman
Place de l'Europe
L-2929 Luxembourg
Monday-Thursday: 10.00-16.30
Friday: 9.30-12.30 - historical-archives@ep.europa.eu
- Websajt
-