DWAR L-EPAS

Tgħallem aktar dwar id-demokrazija parlamentari Ewropea, organizza u ħu sehem f'attivitajiet prattiċi relatati mal-UE, u interaġixxi mal-komunità tiegħek u mal-Membri tal-Parlament Ewropew. Dan hu dak li joffri l-programm.

Aqra aktar dwar il-programm EPAS

IN-NETWORK EPAS

Skopri l-iskejjel li qed jieħdu sehem fil-programm f'pajjiżek u madwar l-UE kollha. Tistgħu tingħaqdu biex tippromwovu d-demokrazija parlamentari Ewropea, taqsmu l-aħjar prattiki u tinteraġixxu mal-komunitajiet tagħkom.

Fittex Skejjel Ambaxxaturi

RIŻORSI DIDATTIĊI

Kulma qatt xtaqt tkun taf dwar l-UE: l-Istati Membri, l-istorja, il-valuri tagħha u l-impatt tagħha fuq il-ħajja tiegħek ta' kuljum. Skopri aktar dwar l-aħbarijiet foloz, ittestja l-għarfien tiegħek bil-kwiżż online u immaġinak Membru tal-Parlament Ewropew.

Skopri l-materjal edukattiv

Messaġġ tal-President Metsola lin-network EPAS

Il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, taqsam messaġġ mal-għalliema u mal-istudenti kollha li jagħmlu parti mill-programm EPAS. Din l-inizjattiva tgħaqqad l-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha filwaqt li tippromwovi d-demokrazija parlamentari u l-involviment taż-żgħażagħ.

Żur il-paġna tagħna fuq Facebook!