Il-Programm Skola Ambaxxatriċi tal-Parlament Ewropew

Il-Programm "Skola Ambaxxatriċi tal-Parlament Ewropew" (EPAS) iqajjem kuxjenza dwar id-demokrazija parlamentari Ewropea, ir-rwol tal-Parlament Ewropew u l-valuri Ewropej fost studenti tal-iskejjel sekondarji u vokazzjonali minn sfondi edukattivi, soċjali u ġeografiċi differenti. Bis-saħħa tal-programm, l-istudenti jingħataw l-opportunità jifhmu d-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-UE u jitgħallmu kif jistgħu jipparteċipaw b'mod attiv fil-proċessi demokratiċi tal-UE. Żur is-sit biex issir taf aktar dwar kif jaħdem il-programm u liema skejjel qed jieħdu sehem fih diġà, u biex issib riżorsi didattiċi utli mmirati lejn l-istudenti.

Dwar l-EPAS

Tgħallem aktar dwar id-demokrazija parlamentari Ewropea, organizza u ħu sehem f'attivitajiet prattiċi relatati mal-UE, u interaġixxi mal-komunità tiegħek u mal-Membri tal-Parlament Ewropew. Dan hu dak li joffri l-programm.

Skopri aktar dwar il-programm

Mappa tal-iskejjel

Skopri l-iskejjel li qed jieħdu sehem fil-programm f'pajjiżek u fl-UE kollha kemm hi. Tistgħu tingħaqdu biex tippromwovu d-demokrazija parlamentari Ewropea, taqsmu l-aħjar prattiki u tinteraġixxu mal-komunitajiet tagħkom.

Fittex Skejjel Ambaxxaturi

Riżorsi didattiċi

Kulma qatt xtaqt tkun taf dwar l-UE: l-Istati Membri, l-istorja, il-valuri tagħha u kif taffettwa l-ħajja tiegħek ta' kuljum. Skopri aktar dwar il-fake news, ittestja l-għarfien tiegħek bil-kwiżż online u sir Membru tal-Parlament Ewropew bil-logħba tar-rwoli.

Skopri l-materjal edukattiv

Involvi ruħek

Skopri kif tista' tinvolvi ruħek f'attivitajiet oħra tal-UE għaż-żgħażagħ: Euroscola, l-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ (EYE), Erasmus+, il-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ, il-European Youth Ideas u aktar.

Skopri attivitajiet oħra tal-UE għaż-żgħażagħ

Il-messaġġ tal-President Sassoli lin-Network tal-Iskejjel Ambaxxaturi

Il-President tal-Parlament Ewropew, David Sassoli, jixtieq jaqsam messaġġ mal-għalliema u l-istudenti kollha li jagħmlu parti mill-Programm Skola Ambaxxatriċi tal-Parlament Ewropew (EPAS). Din l-inizjattiva tgħin biex jitnaqqas id-distakk bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha, waqt li tippromwovi d-demokrazija parlamentari u l-involviment taż-żgħażagħ.

L-EPAS f'pajjiżek

Skopri x'qed jiġri fl-Iskejjel Ambaxxaturi u fi programmi oħra taż-żgħażagħ f'pajjiżek, u żomm ruħek aġġornat bl-aħbarijiet, l-informazzjoni, l-avvenimenti u l-inizjattivi dwar kwistjonijiet relatati mal-UE qrib tiegħek.

Żur is-siti tal-Uffiċċji ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew

Żur il-paġna tagħna fuq Facebook u ibqa' f'kuntatt man-Network tal-Iskejjel Ambaxxaturi

Żurna fuq Facebook

Il-paġna tan-network tal-Iskejjel Ambaxxaturi