Riżorsi didattiċi

L-għodda edukattiva "Europe@school – Lezzjonijiet attivi dwar l-Unjoni Ewropea" ġiet żviluppata biex tieħu lill-UE fil-klassi. Fiha 7 moduli – li jistgħu jintużaw separatament – u gwida għall-għalliema. L-għodda tgħin biex l-istudenti jitgħallmu dwar l-UE, l-Istati Membri tagħha, il-valuri tagħha u l-impatt li għandha fuq il-ħajja ta' kuljum. Tinkludi wkoll modulu dwar il-litteriżmu medjatiku u d-diżinformazzjoni. L-għodda timplimenta l-idea ta' "tagħlim bil-logħob", permezz ta' kwiżżijiet, logħbiet tar-rwoli u eżerċizzji. Hija l-għodda ideali għall-istudenti tal-iskejjel sekondarji u vokazzjonali u tiġi b'manwal għall-għalliema.