L-appoġġ lill-ġenituri f'tilwim familjari transfruntier u ħtif tal-minuri mill-ġenituri 

Jekk ibnek/bintek ġie(t) maħtuf(a) mill-ġenitur l-ieħor f'pajjiż ieħor, jekk għandek tħassib li dan se jseħħ dalwaqt, jew jekk qed tesperjenza tilwima transfruntiera dwar id-drittijiet ta' kustodja u ta' aċċess, il-Koordinatur tal-Parlament Ewropew jista' jiggwidak billi jipprovdi informazzjoni u appoġġ dwar x'tista' tagħmel biex tindirizza s-sitwazzjoni.

  • Jekk intom koppja internazzjonali u r-relazzjoni tagħkom intemmet, jista' jkun li xi ħadd minnkom ikollu xewqa kbira li "jirritorna lura lejn daru" jew "jiċċaqlaq". Jekk għandkom it-tfal flimkien, f'dak il-każ intom se teħtieġu l-kunsens tal-ġenitur l-ieħor biex tiċċaqilqu bit-tifel/tifla lejn pajjiż ieħor.

    Mingħajr tali kunsens, il-ġenitur li b'mod unilaterali jiddeċiedi li jieħu t-tifel/tifla se jkun qed jikser id-drittijiet ta' kustodja u/jew id-drittijiet ta' aċċess tal-ġenitur l-ieħor u mbagħad se sseħħ "tneħħija inġusta" jew "żamma" mill-post normali ta' residenza (residenza abitwali) tat-tifel/tifla. Dan jikkwalifika bħala "ħtif tal-minuri mill-ġenituri" u dak il-ġenitur jista' jkun qed jikser il-liġi.

  • Sarah Cecilie Finkelstein Waters
  •  

    "Għeżież Ġenituri,
    Ikunu x'ikunu ċ-ċirkostanzi li tinsab fihom, il-ħtif xorta waħda jitqies bħala pass drastiku. Kemm jekk iġġustifikat jew le, dan jagħti messaġġ lit-tifel/tifla li parti minnhom, 50% tad-DNA, tal-wirt u tal-familja tagħhom għandha tiġi rrifjutata, titqies bħala inferjuri jew ta' ħasra. Dan jista' jkun messaġġ devastanti biex jiġi aċċettat. Il-mibegħda personali, il-ħtija u l-konfużjoni li jistgħu jiżviluppaw se jkollhom konsegwenzi tul il-ħajja u se jinfluwenzaw ir-relazzjoni tat-tifel/tifla magħhom infushom u ma' oħrajn għal dejjem. Jekk jogħġbok aġixxi b'mod għaqli, b'kawtela u b'antiċipazzjoni kbira. Ibnek/bintek se jirringrazzjawk għal dan fil-futur.

    Dejjem tiegħek,"

    Ara l-istorja ta' Sarah-Cecilie, li nħatfet minn missierha meta kienet għadha tifla fuq: 
      

Contact: