Ewrobarometru - Ewrobarometru 
Stħarriġ ta' opinjoni tal-Parlament Ewropew 
 

Stħarriġ dwar l-Istat tal-Unjoni Ewropea 2021 

Stħarriġ Flash tal-Ewrobarometru ddedikat li ġie kkummissjonat għall-avveniment b'rabta mal-Istat tal-Unjoni Ewropea fil-15 ta' Settembru 2021 juri li hemm appoġġ pubbliku ċar favur aktar trasparenza u kontroll effettiv tal-fondi tal-UE żborżati fil-qafas tal-programm Next Generation EU: 53 % taċ-ċittadini Ewropej jaqblu kompletament li għandu jkun hemm kontroll effettiv, filwaqt li 32 % oħra għandhom it-tendenza li jaqblu. Bħala medja tal-UE, 8 % biss ta' dawk li wieġbu mhumiex ta' din il-fehma. Din ir-rieda hija kondiviża wkoll mill-Parlament Ewropew, li bħalissa qed jivvaluta mill-qrib il-pjanijiet nazzjonali mal-Kummissjoni biex jiġi żgurat li dawn il-fondi jintużaw f'konformità mal-objettivi ta' soċjetà Ewropea aktar ekoloġika, diġitali u reżiljenti.

Barra minn hekk, erba' ċittadini minn kull ħamsa jaqblu li l-għoti ta' fondi mill-UE lill-Istati Membri għandu jsir biss bil-kundizzjoni li l-gvernijiet tagħhom japplikaw l-Istat tad-dritt u l-prinċipji demokratiċi. Dan l-appoġġ għar-rispett tal-Istat tad-dritt għandu livell ta' appoġġ għoli u uniformi fl-Istati Membri kollha tal-UE.

L-istħarriġ sar online bejn is-17 u l-25 ta' Awwissu 2021 minn Ipsos European Public Affairs.