Il-Parlament fuq il-midja soċjali 

Il-Parlament Ewropew jirrappreżenta liċ-ċittadini Ewropej. Billi jsawwar politiki dwar kwistjonijiet bħat-tibdil fil-klima, id-drittijiet diġitali, u t-tkabbir ekonomiku, fost ħafna oħrajn, il-ħidma tal-Parlament għandha impatt dirett fuq il-ħajja ta' kuljum tal-Ewropej.

Peress li l-Parlament huwa ddedikat biex iżomm lil kulħadd infurmat dwar id-deċiżjonijiet tiegħu u biex jinvolvi liċ-ċittadini fit-tiswir tal-futur tal-Ewropa, għandu preżenza fuq diversi pjattaformi tal-midja soċjali peress li dan huwa dak li n-nies qed jużaw dejjem aktar biex isibu l-informazzjoni.

L-għanijiet tiegħu huma li:

  • jagħti informazzjoni fattwali u affidabbli dwar dak li qed jagħmel il-Parlament u għaliex dan huwa importanti
  • juri lill-Parlament bħala istituzzjoni miftuħa li hija qrib l-Ewropej u li qed tieħu deċiżjonijiet importanti f'isimhom
  • jippermetti liċ-ċittadini jsegwu avvenimenti u dibattiti importanti b'mod dirett, u jagħti lil kulħadd l-opportunità li jara kif jittieħdu d-deċiżjonijiet
  • jilħaq udjenzi ġodda u joħloq rabta magħhom billi jibni komunitajiet attivi.

Il-Parlament stabbilixxa kontijiet fuq firxa sħiħa ta' pjattaformi biex jagħmel kuntatt ma' udjenzi differenti, jipprova jitkellem man-nies bil-lingwa li jippreferu huma u jinteraġixxi magħhom dwar is-suġġetti li huma jsibu interessanti.

Il-mezzi tax-xandir tal-Parlament joffru aħbarijiet u filmati mis-sessjonijiet plenarji, mil-laqgħat tal-kumitati u minn avvenimenti oħra. L-uffiċċji ta' kollegament tal-Parlament f'kull pajjiż tal-UE joperaw kontijiet separati biex jipprovdu kuntest lokali għal dak li qed jiġri fl-UE u jibnu komunitajiet fuq pjattaformi tal-midja soċjali tal-għażla tagħhom.

Facebook

@europeanparliament

Segwi l-kont tal-Parlament Ewropew fuq Facebook biex tirċievi aġġornamenti regolari dwar l-attivitajiet u l-ħidma tiegħu. Skopri l-firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet li l-Parlament qed jaħdem fuqhom biex jagħti r-riżultati dwar dak li jinteressak.
Involvi ruħek mal-komunità fil-kummenti u jekk għandek xi mistoqsijiet, toqgħodx lura milli tqegħidhom.

Bħalma jagħmel fuq pjattaformi oħra, il-Parlament joffri wkoll kontenut miġbur lokalment bil-lingwa tiegħek permezz tal-kontijiet tal-uffiċċji ta' kollegament tiegħu. Ara l-lista t'hawn taħt għal-lista sħiħa tal-kontijiet.

Instagram

@europeanparliament

Żomm ruħek infurmat dwar l-attivitajiet u l-prijoritajiet tal-Parlament billi ssegwi l-kont tiegħu fuq Instagram.

B'reels dinamiċi u kontenut li jsegwi l-aħħar tendenzi, tista' tiskopri kwistjonijiet importanti b'mod li jiġbdek u viżwalment attraenti. Il-posts tiegħu joffru ħarsa unika lejn il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u jgħinuk tifhem kif jitfasslu l-politiki li jsawru l-futur tal-Ewropa.

Ispira ruħek u ingħaqad mal-konversazzjoni dwar l-aktar kwistjonijiet importanti għalik. Aqsam il-kontenut tal-Parlament mal-ħbieb u l-familja tiegħek!

LinkedIn

@European Parliament

Ingħaqad mal-Parlament Ewropew fuq LinkedIn biex iżżomm ruħek aġġornat dwar id-diskussjonijiet ta' politika u d-deċiżjonijiet ewlenin fil-Parlament Ewropew.

Abbona għall-bullettin ta' kull xahar biex tirċievi l-aħħar aħbarijiet mill-Parlament Ewropew.

Esplora suġġetti fil-fond, interaġixxi mal-istħarriġ u tgħallem dwar opportunitajiet ta’ xogħol.

TikTok

@europeanparliament

Segwi l-Parlament fuq TikTok għal mod oriġinali biex tibqa’ aġġornat mal-attività tiegħu!

Ara x'qed jiġri fil-Parlament permezz ta' filmati qosra u interessanti li jenfasizzaw kwistjonijiet ewlenin u li juru kif jittieħdu d-deċiżjonijiet li jħallu impatt fuq l-Ewropa. Se tkun tista’ tagħti daqqa t'għajn esklużiva minn wara l-kwinti u se jkollok l-opportunità li tiskopri l-ħidma tal-Parlament b'mod aktar dinamiku u divertenti.

Ingħaqad mal-familja tagħna fuq TikTok u aqsam il-filmati ma' sħabek biex tgħin ixxerred il-messaġġ tal-Parlament!

WhatsApp Channels

European Parliament

Skopri x'hemm għaddej fil-Parlament Ewropew direttament permezz ta' WhatsApp. Segwi l-kanal tagħna u attiva n-notifiki biex tirċievi aħbarijiet f’waqthom dwar dibattiti importanti, żviluppi leġiżlattivi u avviżi ewlenin. Dan huwa l-eħfef mod biex tibqa’ aġġornat!

Aqsam l-opinjonijiet tiegħek permezz ta' stħarriġ u reazzjonijiet u tgħallem kif il-Parlament qed isawwar il-futur tal-Ewropa.

Threads

@europeanparliament

Żur il-kont tal-Parlament fuq Threads biex issegwi l-aħħar żviluppi, statistika u informazzjoni interessanti dwar il-Parlament u l-UE, f'500 karattru jew inqas.

Wieġeb għall-mistoqsijiet, ipparteċipa fl-istħarriġ, u semma' leħnek dwar il-kwistjonijiet l-aktar qrib tiegħek - it-tim tal-midja soċjali tal-Parlament jikkontribwixxi wkoll għad-diskussjoni fil-kummenti!

Reddit

@europeanparliament

Segwi s-subbreddit tal-Parlament biex tiskopri l-aħbarijiet u l-politiki tal-Parlament Ewropew. Iddeċiedi liema suġġetti huma importanti billi tivvota ’l fuq jew ’l isfel fil-posts u involvi ruħek mal-komunità billi tikkummenta dwar il-pubblikazzjonijiet.

Flickr

@europeanparliament

Qed tfittex ritratti mis-sessjonijiet plenarji, avvenimenti oħra tal-Parlament, jew tixtieq tagħti ħarsa wara l-kwinti? Ara x-xogħol tal-fotografi tal-Parlament u skopri l-albums ikkurati tiegħu.

Il-biċċa l-kbira tar-ritratti jistgħu jintużaw għal skopijiet mhux kummerċjali, sakemm il-Parlament Ewropew ikun rikonoxxut bħala s-sors.

Spotify

@European Parliament

Segwi l-Parlament fuq Spotify għal playlists magħżula ispirati minn avvenimenti sinifikanti tal-UE u żomm għajnejk miftuħa għal podcasts topiċi. Ingħaqad magħna u aqsamhom mal-ħbieb tiegħek!