Traineeships fil-Parlament Ewropew
Il-Parlament joffri bosta possibbiltajiet ta' traineeships fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tiegħu biex jipprovdi opportunitajiet għat-taħriġ vokazzjonali taċ-ċittadini u biex jippermettilhom jiffamiljarizzaw ruħhom iktar ma' x'inhu u x'jagħmel il-Parlament Ewropew.
Traineeships Schuman
L-għan tat-Traineeships Schuman huwa li jikkontribwixxu għall-edukazzjoni u għat-taħriġ vokazzjonali taċ-ċittadini Ewropej u għal aktar komprensjoni tal-ħidma tal-Parlament Ewropew.
Bħala parti mill-impenn tal-Parlament biex jiġu onorati l-ġurnalisti li nqatlu minħabba x-xogħol tagħhom, id-Direttorat Ġenerali għall-Kommunikazzjoni (Direttorat tal-Midja) qed joffri numru ta’ apprendistati Schuman fil-memorja ta’ Ján Kuciak, ġurnalist investigattiv Slovakk li nqatel fi Frar 2018.
Dawn it-traineeships jingħataw għal perjodu ta’ ħames xhur.
L-applikanti għal traineeship Schuman iridu:
- ikollhom età ta’ 18-il sena jew aktar;
- ikollhom grad universitarju;
- jissodisfaw ir-rekwiżit tal-lingwa;
- jipprovdu ċertifikat ta' kondotta eliġibbli;
- ma jkunux ħadmu għal aktar minn xahrejn konsekuttivi fi ħdan istituzzjoni jew korp tal-UE;
- ma jkunux wettqu żjara ta' studju ta' sitt xhur bħala akkademiku ta' livell baxx jew għoli qabel il-bidu tat-traineeship.
Id-dati tat-traineeships u l-iskadenzi għall-wasla tal-applikazzjonijiet:
- Għat-traineeship mill-1 ta’ Ottubru sat-28/29 ta’ Frar — Il-perjodu tal-applikazzjoni: mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Ġunju
- Għat-traineeship mill-1 ta’ Marzu sal-31 ta' Lulju — Il-perjodu tal-applikazzjoni: mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' Novembru
Biex tapplika għal traineeship Schuman, jekk jogħġbok żur il-paġna ewlenija tal-offerti ta' traineeships .
Il-kandidati jistgħu japplikaw għal 3 offerti ta’ traineeships kull perjodu.
Ma jistgħu jintlaqgħu la applikazzjonijiet li jitressqu wara l-iskadenza u lanqas applikazzjonijiet spontanji.
Kull sena, 21 000 ruħ japplikaw għal traineeship fil-Parlament Ewropew, li minnhom jintgħażlu 900.
Il-proċeduri ta' reklutaġġ u ta' selezzjoni huma adattati b'tali mod li jiżguraw li ma jkunux ta' żvantaġġ għall-kandidati b'diżabbiltà.
Ara:
Id-data personali tiegħek tiġi pproċessata kif spjegat fl-iskedi informattivi li ġejjin:
Dettalji ta' kuntatt
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattjana fl-indirizz li ġej:
Contact:
-
Is-Settur tat-TraineeshipsContact data: