did darba se nivvota ( diddarbasenivvota.eu )

L-elezzjonijiet Ewropej se jsiru f'Mejju 2019.

Bejn il-Ħamis 23 u l-Ħadd 26, skont fejn tgħix jew fejn tivvota.

żewġ affarijiet li għandek tagħmel issa u lista sħiħa ta' raġunijiet tajbin biex tagħmilhom

L-elezzjonijiet Ewropej se jsiru f'Mejju 2019. Bejn il-Ħamis 23 u l-Ħadd 26, skont fejn tgħix jew fejn tivvota.


L-Ewropa qed tħabbat wiċċha ma' bosta sfidi. Mill-migrazzjoni sal-privatezza tad-data. U hemm opportunitajiet ukoll, it-twessigħ tas-suq uniku diġitali, pereżempju, b'tisħiħ tal-protezzjoni xierqa tal-konsumaturi u tal-persuni u entitajiet kreattivi fl-Ewropa.


Dawn huma biss ftit mill-affarijiet li l-Parlament Ewropew qed jieħu azzjoni fuqhom. U hekk se jibqa' jagħmel. Jekk inti tagħtih is-setgħa demokratika li jagħmel dan, billi tivvota.


Ħarsa madwarna malajr turina kemm il-gideb li ma jiġix ikkonfrontat faċilment jibdel id-diversità f'firda. U kemm taf tkun fraġli d-demokrazija jekk ma niħdux sehem attiv fiha.


Din id-darba mhux biżżejjed li nittamaw għal futur aħjar. Din id-darba kull wieħed u waħda minna rridu nidħlu responsabbli għal dak il-futur aħjar u nagħżluh.


Huwa għalhekk li din id-darba qed nitolbuk tikkommetti ruħek li tivvota u tikkonvinċi lil familtek u lil ħbiebek jagħmlu hekk ukoll.


Hawnhekk issib lista ta' raġunijiet tajbin biex tagħmel dawn iż-żewġ affarijiet. U hemm ħafna raġunijiet tajbin oħra.


Għalhekk nitolbuk tieħu mument biex tmur issa stess fis-sit diddarbasenivvota.eu, tikkommetti ruħek li tivvota u titlob lil familtek u lil ħbiebek jagħmlu bħalek.