Kelmtejn ta' mer?ba

© EP
Merħba fil-websajt tal-Kumitat għall-Impjiegi u Affarijiet Soċjali (Kumitat EMPL), li tiegħu jiena l-President.

Il-Kumitat EMPL huwa l-biċċa l-kbira responsabbli għall-politiki dwar l-impjiegi u l-aspetti kollha tal-politika soċjali, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, it-taħriġ vokazzjonali u l-moviment liberu tal-ħaddiema u l-pensjonanti.

Il-Kumitat EMPL huwa magħmul minn 55 Membru li jirrappreżentaw id-diversi gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew. Il-ħidma tal-Kumitat hija garantita mill-President, erba'' Viċi-Presidenti u l-koordinaturi maħtura mill-gruppi politiċi, sabiex jorbtu l-ħidma tal-Kumitat mal-prijoritajiet tal-familja politika rispettiva.

Il-Kumitat EMPL jaħdem mill-qrib mal-Kunsill, mal-Kummissjoni Ewropea, istituzzjonijiet oħrajn u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili sabiex jinfluwenza u jiddetermina l-qafas leġiżlattiv fl-oqsma li għalihom huwa responsabbli. Matul din il-leġiżlatura, dawn l-oqsma jkopru medda wiesgħa ta'' attivitajiet, bħall-ġlieda kontra l-qgħad, partikolarment il-qgħad fost iż-żgħażagħ, il-ġlieda kontra l-impjiegi prekarji, li jiġu indirizzati s-sitwazzjonijiet ta'' abbuż, bħax-xogħol mhux iddikjarat jew l-evitar tal-liġijiet mfassla biex iħarsu l-impjegati, jew it-titjib fir-regoli dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol.

Il-websajt tagħna huwa aġġornat regolarment sabiex iżommok infurmat dwar l-attivitajiet tal-Kumitat tagħna. Tista'' wkoll issegwi l-laqgħat tagħna onlajn permezz tal-EPLive.

Nixtieqlek żjara pjaċevoli!

Thomas Händel