Kelmtejn ta' mer?ba

© European Parliament
Il-Kumitat huwa responsabbli għall-proprjetà intellettwali u matul din il-leġiżlatura se jkun qed jieħu ħsieb ir-riforma tar-regoli tal-UE dwar il-marka kummerċjali, is-sigrieti kummerċjali u l-futur tad-drittijiet tal-awtur, b''segwitu għall-ħidma preċedenti tiegħu fir-rigward tal-ġestjoni tad-drittijiet diġitali u d-drittijiet tal-awtur fis-soċjetà tal-informazzjoni.

F''dak li għandu x''jaqsam mad-dritt soċjetarju, l-ewwel prijoritajiet tal-Kumitat se jkunu li jlesti il-ħidma fuq ir-regoli ta'' insolvenza l-ġodda u jikkunsidra l-proposta l-ġdida dwar kumpaniji privati b''responsabbiltà limitata b''membru uniku. Fl-istess ħin, il-kumitat se jkun qed iżomm l-attenzjoni tiegħu fuq iċ-ċittadini, il-familji u n-negozji fis-suq intern permezz tar-rieżami li ġej tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta'' sentenzi f''materji matrimonjali u materji ta'' responsabbiltà tal-ġenituri (inkluż is-sekwestru tat-tfal) u l-proposta għall-aġġormanent tal-Proċedura għal Talbiet Żgħar.

Fl-aħħar nett, il-Kumitat jgħin lill-Parlament fis-sħuħija tiegħu biex jibni opinjoni infurmata dwar numru ta'' kwistjonijiet tekniċi ħafna, inkluża s-superviżjoni tal-użu tal-leġiżlazzjoni delegata u ta'' implimentazzjoni, sabiex jiżgura li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-kontributi mill-Parlamenti nazzjonali taħt il-mekkaniżmu tas-sussidjarjetà u jieħu deċiżjonijiet dwar id-difiża tal-interessi tal-Parlament fil-qorti.

Nittama li dan is-sit issibu utli u nixtieq nirringrazzjak tal-interess li wrejt fil-Kumitat għall-Affarijiet Legali.

Pavel Svoboda, President