Midja u avvenimenti 

Id-DĠ Komunikazzjoni adotta programm ta' ħidma pluriennali għal għotjiet fil-qasam tal-komunikazzjoni għall-perjodu 2020-2021. Dan il-programm ta' ħidma pluriennali għall-għotjiet huwa implimentat permezz ta' sejħiet għal proposti ppubblikati fuq dan is-sit. L-applikanti għandhom japplikaw għall-fondi skont il-kriterji stabbiliti fis-sejħiet għal proposti.
Mistoqsijiet ta' kjarifika jistgħu jintbagħtu bl-email fuq: dgcomm-subvention@ep.europa.eu

Ċaħda:
• L-għan ta' dan il-programm ta' ħidma pluriennali huwa li jinforma lill-applikanti potenzjali li l-Parlament Ewropew għandu l-ħsieb li jagħti għotjiet fl-2020-2021. Dan ma jikkostitwixxix obbligu li jiġu ppubblikati sejħiet għal proposti jew li jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju matul dak il-perjodu.
• Taħt iċ-ċirkostanzi attwali marbuta mat-tifqigħa tal-COVID-19, l-iskeda ta' żmien proviżorja taħt it-taqsima VI tista' tiġi riveduta kif meħtieġ miċ-ċirkostanzi.